Sociologist from Malta

Monday, April 23, 2018

Michelle Obama u Malta - Michael Briguglio


Image result for muscat obama

Michelle Obama dan l-ahhar ghamlet analogija interessanti ferm dwar id-differenzi bejn l-eks President Amerikan Barack Obama u l-President attwali Donald Trump.

Obama qalet hekk: “Nahseb qed naraw x’jigri meta thalli kollox ghaddej. Ghal tmien snin, meta Barack kien president, wiehed kien ihossu li hemm ‘genitur tajjeb’ id-dar: Genitur responsabbli, dak li jghidlek biex tiekol il-karrotti u biex torqod x’certu hin. Illum ghandna l-genitur l-iehor. Dak li jahseb li qed niehdu gost, ghax issa nistghu nieklu l-helu l-gurnata kollha, nibqghu imqajmin sa x’hin irridu u ma nsegwux regoli”.

Kliem Michelle Obama huwa tassew applikabbli ghal Malta.

Il-Gvernijiet Nazzjonalisti bejn l-1987 u l-2013 ma kienux perfetti, izda gabu tibdil importanti fil-pajjiz bhad-demokrazija liberali, il-liberta’ ta’ l-espressjoni, il-pluralimzu tax-xandir u tas-socjeta’ civili, l-eliminazzjoni tal-vjolenza mill-apparat ta’ l-istat, zvilupp ekonomiku u socjali, shubija fl-Unjoni Ewropea u shubija fl-Ewro. Meta kien hemm maltemp ekonomiku globali wara l-krizi tal-2008, Malta zammet sod u baqghet mixja.

Kemm Eddie Fenech Adami kif ukoll Lawrence Gonzi kemm il-darba hadu decizzjonijiet importanti u rrikonciljaw interessi differenti billi poggew il-gid komuni fuq quddiem. U avolja kienu konservattivi fuq kwistjonijiet bhad-divorzju u d-drittijiet LGBTIQ, li kieku ma kienux huma li fethu l-bibien ghall-liberta’, kien ikun ferm iktar difficli li wara jinfethu t-twieqi ghal dawn id-drittijiet.

Kien hemm oqsma bhall-ambjent li kien jixirqilhom iktar importanza, izda pajjizna kien qed jara titjib f’certi oqsma permezz ta’ regoli frott ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea.

Ejja nqabblu dan kollu mal-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Huwa veru li l-ekonomija qed tikber, izda l-istess tikber iz-zaqq meta wiehed jiekol hafna helu. Il-mudell ekonomiku ta’ Muscat hu bbazat fuq bejgh tal-passaporti, zvilupp bla razan, u l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni. Is-sostenibilita’ ta’ dan il-mudell fuq medda ta’ snin hu wiehed dubjuz, iktar u iktar meta ma jidhirx li hemm pjan ghal difersifikazzjoni.

Il-Gvern Laburista qieghed jatwa politika ta’ xejn m’hu xejn f’oqsma bhall-ambjent, is-sahha u t-trasport. Il-governanza dghajfa qed tagevola l-korruzzjoni u kbarat li ma jsegwux ir-regoli qed jigu ippremjati. Sa dan it-tant Joseph Muscat jipprova jisseduci lill-poplu biex jippartecipa f’prattici simili.

Ta’ min wiehed jomghod sew kliem bhal ta’ Michelle Obama. Jaghmlu sew dawk li jitkellmu dwar kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed ibiddel il-pajjiz f’wiehed fejn kollox ghandu prezz u fejn ma jippurtaniex mill-konsegwenzi ta’ politika li ma tharisx fit-tul. Sewwa jaghmlu dawk li ma jiskrux sakra li jkollha konsegwenzi koroh l-ghada.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 23 ta' April 2018

No comments: