Sunday, August 25, 2024

#Ħsibijiet (110) Breakdown of trust

Il-kwistjoni tal-karti ta' l-identità: Apparti l-aspetti legali, amministrattivi, u politiċi, hemm aspett soċjali ukoll: Kemm nistgħu jew għandna nafdaw lill-awtoritajiet konċernati?

 


Tuesday, August 06, 2024

One To One now available in On Demand format

Discussion programme One To One, hosted by Prof Michael Briguglio on Campus 103.7, is now available in on-demand format 

One to One is broadcast on Campus 103.7 every Tuesday at 12:00, with repetitions on Tuesday at 21:00Friday at 14:00 and Saturday at 09:00. It covers social, political, environmental, and cultural topics, and guests are experts in their respective fields. 


Saturday, July 20, 2024

#Ħsibijiet (109) #CheapLabour u #CheapTourism

Skond il-Ministru tal-Finanzi, il-popolazzjoni ser tilħaq is-600,000 sa l-aħħar tal-leġislatura u t-800,000 sa l-2040, jekk nibqgħu bl-istess mudell ekonomiku. Fl-istess ħin, il-Ministru tat-Turiżmu jidher li jrid iktar minn 3 miljun turist fis-sena. U l-permessi għall-iżvilupp jibqgħu ħerġin qisu għada qatt m'hu ġej. Diġà qed naraw kollass ta' l-infrastruttura. Aħseb wara x'inhu ġej jekk nibqgħu hekk.





 


#Ħsibijiet (108) Riċerka fuq l-Ixkaffa

Meta nirrifletti dwar il-qtugħ ta' dawl, sptar li ma jistax ilaħħaq, bajjiet bid-drenaġġ, bankini perikolużi, ekonomija tac-cheap labour impurtat, eċċ , ma nistax ma naħsibx f'dik ir-riċerka kollha li ssir minn akkademiċi u studenti u li tibqa fuq l-ixkaffa. X'ħela ta' riżorsi! 



Monday, July 08, 2024

#Ħsibijiet (107) Gig economy minn fuq dahar il-ħaddiem

L-istrajk tal-ħaddiema tal-Bolt terġa tqajjem mistoqsija importanti: X'sar minnu d-diskors li sħubija f'unjin tal-ħaddiema għandha tkun obligatorja? Jew din għandha tibqa volontarja? Jew forsi għandha tkun obligatorja f'ċerti setturi? Hemm alternattiva aħjar biex jiġu negozjati kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti? U wara kollox, il-ħaddiem fil-prekarjat kemm għandu għażla? Jew hawn xi aġenda biex il-ħaddiem ma jkollux saħħa li jinnegozja kundizzjonijiet ta' xoġħol aħjar?

Qed naraw kif id-dipendenza ekonomika fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni qed ikollha impatti varji, bħall-infrastruttura li ma tiflaħx għall-pressjoni; prezzijiet tal-propjeta' impossibli; xogħol prekarju..... Biex tkompli tgħaxxaqha il-pajjiż m'għandux politika olistika u komprensiva dwar l-assessjar ta' l-impatti. 



Thursday, June 27, 2024

One to One fuq Campus 103.7


One To One fuq Campus 103.7 - Michael Briguglio jiddiskuti temi kurrenti ma' mistieden - mit-2 ta' Lulju, kull nhar ta' Tlieta fl-12pm, b'ripetizzjoni fid-9pm, il-Ġimgħa 2pm, u s-Sibt 9am

103.7FM | DAB+ | www.campus1037.um.edu.mt

Tuesday, June 25, 2024

#Ħsibijiet (106) L-Indipendenti u d-demokrazija

Paradoss politiku: Filwaqt li rappreżentanti ta' partit huma accountable għall-membri tagħhom, dawk indipendenti huma accountable għalihom infushom. Jiġifieri dawk ta' l-ewwel jaf għandhom iktar checks and balances, jaf jgħaddu minn iktar deliberazzjoni, u jaf ikunu iktar demokratiċi.









Monday, June 24, 2024

Why is Malta’s south red and the north blue?

 


Regional voting patterns are result of a complex interplay of history, economic conditions, social structures and cultural identities. Daniel Attard interviews sociologists Godfrey Baldacchino and Michael Briguglio in this Times of Malta article. 

Link:

https://timesofmalta.com/article/why-malta-south-red-north-blue.1094081


Saturday, June 15, 2024

#Ħsibijiet (105): Kunsilli Lokali

Il-PL ġab 52% tal-voti, Il-PN 45%, u oħrajn kważi 4%. Il-PL naqqas 15,700 vot, u l-PN żdied b'11,000 mill-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli fl-2019. Prosit, grazzi, awguri, u rispett lill 11-il kunsillier (minn 471, u b'madwar 9,000 vot minn xi 257,000 vot) li ġew eletti f'isem ADPD jew indipendenti. Hawn min għal skopijiet politiċi (jew wishful thinking) qed jipprova jagħti l-impressjoni li dan huwa xi grupp magħqud jew li saħansitra l-ewwel darba li ġew eletti kunsilliera ta' dan it-tip. Dan hu l-istess tip ta' żball analitiku bħal meta wieħed jassumi li dawk kollha li ma vvutawx huma xi grupp omoġenju, forza ġdida eċċ. Filwaqt li m'għandix dubju li kunsilliera mill-ADPD jew indipendenti jistgħu jagħtu (u uħud, diġà taw) kontribut kbir lill-lokalità rispettiva tagħhom u anke jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom, din hija ball game differenti għall-aħħar minn dik f'elezzjoni ġenerali, fejn l-għażla ewlenija hi jekk il-votant iridx lill-PL jew PN fil-gvern.