Monday, January 29, 2024

#Ħsibijiet (102) Min fejn ġejjin il-flus?

Ikun tajjeb ħafna li nsaqsu minn fejn ġejjin il-flus li qed jonfqu kandidati għall-elezzjonijiet: Jekk hemmx rekord tat-tranżazzjonijiet, irċevuti fiskali, u jekk le, hemmx xi forma ta' tpartit jew volontarjat.

Kemm il-darba il-mistoqsijijet dwar il-finanzi jiġu diretti lejn il-partiti. Iżda kemm qed ikun hemm skrutinju tad-dħul, infieq u attivitajiet tal- kandidati? Forsi hemm min qed jagħmel lira tajba minn dawn il-flejjes?

Bilħaqq, ir-regoli dwar infieq u dħul elettorali kienu ġew miktuba b'mod biex jippermettu din it-tip ta' mġieba..... B'hekk tbexxaq bieb u nfetħu mitt tieqa.... għall-flus 'inviżibbli'.



Wednesday, January 24, 2024

Call for papers Rethinking the Blue Economy: Socio-Ecological Impacts and Opportunities (RethinkBlue).

Call for papers for the first 1st RethinkBlue Conference, organised by COST Action CA22122 – Rethinking the Blue Economy: Socio-Ecological Impacts and Opportunities (RethinkBlue).

All details can also be found in the conference website. Click here




Thursday, January 11, 2024

#Ħsibijiet (101) Politika Partiġġjana u l-Forum Marittima

Permezz ta' staqarrija ftit tal-ġranet ilu, il-Forum Marittima Maltija (MMF) appellat lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jaħdmu flimkien għal strateġija li tindirizza l-effetti negattivi tar-regolamenti ġodda dwar il-merkanzija minn fuq il-bastimenti. Dawn l-effetti jistgħu ikollhom impatt kbir fuq servizzi offruti minn Malta u fuq il-prezzijiet. 

Wieħed jista' jaqra l-istqarrija tal-MMF minn din il-holqa: https://mmf.org.mt/the-european-emission-trading-system-and-the-implications-for-malta/

Jidher li dan huwa każ fejn il-Gvern u l-Oppożiżżjoni iktar qed jaħlu ħin jikkritikaw lil xulxin milli jaħdhmu flimkien għall-interess nazzjonali ta' Malta -  gżira żgħira li hi dipendenti ħafna fuq l-ekonomija marittima. Forsi jkun aħjar jekk jiddjalogaw u jikkonsultaw sew ma' esperti u operaturi f'dan il-qasam milli joqogħdu jdoqqu t-trombi. 

Permezz tar-reshuffle, il-Gvern reġa' tilef l-Opportunita' li jkollu Ministru għall-Affarijiet Marittimi. Dan it-tip ta' Ministeru jeżisti f'pajjiżi oħra, u ma nistax nifhem kif il-politiċi, sena wara l-oħra, jibqgħu jagħtu importanza minuri lil dan is-settur daqshekk importanti għal pajjina. Kif inhuma l-affarijiet, il-kwistjonijiet marittimi huma taħt il-kompetenza ta' Ministeri differenti, inkluż dak tat-Trasport, li għadu kemm ġie karatterriżżat minn bidla fil-Ministru....

Stampa: The Malta Independent




Sunday, January 07, 2024

Ħsibijiet (100) Reshuffle

Qrajna ħafna interpretazzjonijiet dwar ir-reshuffle, uħud aktar informati u struiti minn oħrajn. Forsi laqtu il-likk, forsi le. Saħansitra forsi jkun hemm stejjer li jingħataw lill-midja minn xi protagonisti infushom. Ikun hemm interpretazzjonijiet oħra li aktar jikxfu x-xewqat u l-opinjonijiet ta' min ħareġ bihom, milli x'ġara fil-verita'.

Aktar nemmen li jkun hemm diversi raġunijiet u pressjonijiet waqt proċess ta' reshuffle.

Li hu żgur hu li l-ebda  politiku m'għandu ċens perpetwu. Il-kewkba feġġejja tal- llum taf tkun l-aħbarijiet tal-bieraħ għada.



Ħsibijiet (99) Kontroversji fil-Qorti

Mhux ser nirrefereri għall-ebda każ partikolari.

Meta jkun hemm xi kontroversja  l-Qorti li tixxandar fuq il-media, kemm il-darba nħoss li uħud minna nagħmlu u nxandru konklużjonijiet għaġġelin, li forsi jaqblu mal-opinjonijiet li diġà kellna, jew ma rappurtaġġ, inkluż dak sensazzjonalista. Taf int, forsi nirbħu xi like jew xi share. Anke jekk għad-detriment ta' ħaddieħor. 

Ikun iktar prudenti jekk wieħed iħalli l-proċess legali (bid-difetti kollha tiegħu) jaħdem. Dan jinkludi il-ġbir u l-analiżi ta' evidenza, inkluż dik li ma ddoqx għal widnejna.