Qrajna ħafna interpretazzjonijiet dwar ir-reshuffle, uħud aktar informati u struiti minn oħrajn. Forsi laqtu il-likk, forsi le. Saħansitra forsi jkun hemm stejjer li jingħataw lill-midja minn xi protagonisti infushom. Ikun hemm interpretazzjonijiet oħra li aktar jikxfu x-xewqat u l-opinjonijiet ta' min ħareġ bihom, milli x'ġara fil-verita'.
Aktar nemmen li jkun hemm diversi raġunijiet u pressjonijiet waqt proċess ta' reshuffle.
Li hu żgur hu li l-ebda politiku m'għandu ċens perpetwu. Il-kewkba feġġejja tal- llum taf tkun l-aħbarijiet tal-bieraħ għada.