Il-Mument 31 ta' Dicembru 2017
In-nuqqas ta’ governanza tajba tal-Gvern
Laburista waslet biex pajjizna, flimkien ma xi pajjizi ohra, gie ttimbrat bhala
‘Tax Haven’ mis-Socjalisti, mill-Komunisti u mill-Hodor Ewropej. Li kieku ma
kienx hemm oppozizzjoni b’sahhitha mill-Partit Popolari (EPP), mill-Liberali u
mir-Riformisi u Konservattivi, Malta kienet ser tigi ttimbrata hekk
mill-Parlament Ewropew.
L-EPP u l-alleati taghha qed jenfasizzaw li
pajjizna m’huwiex ‘tax haven’ izda li l-gvern Laburista qed jeccedi l-limiti
f’oqsma varji. Dawn jinkludu l-bejgh tac-cittadinanza Ewropea, u n-nuqqas ta’
azzjoni dwar il-Panama Papers u nnuqqas ta’ saltna tad-dritt. Il-qtil brutali
ta’ Daphne Caruana Galizia kompla jitfa dawl ikrah f’dan ir-rigward.
L-EPP qed temfasizza ukoll li kompetizzjoni
gusta ta’ taxxa m’ghandhiex tigi mhallta ma’ hasil tal-flus jew evazjoni ta’
taxxa.
Sfortunatament, il-Gvern ta’ Joseph Muscat ma
jidhirx interessat li jnaddaf dak li holoq hu stess. L-interessi ta’ Keith
Schembri u Konrad Mizzi qed jigu qabel dawk tal-haddiema fis-settur
finanzjarju.
U filwaqt li l-Pilatus Bank qed ikun
fl-ahbarijiet ghar-ragunijiet hziena, haddiema fl-industrija tal-finanzi qed
jinkwetaw li ghoxrin sena ta’ xoghol siewi biex tinbena din l-industrija
qeghdin f’riskju.
Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa
kontributur importanti ghat-tkabbir ekonomiku u ghat-tkabbir tal-pagi f’Malta.
Ta’ min jghid li fost ohrajn dan is-settur jinkludi servizzi fl-invesiment, insurance,
trusts u penzjonijiet. Hawn iktar minn 53,000 kumpanija registrati f’pajjizna.
Malta zviluppat ligijiet u regoli effettivi
taht gvernijiet Nazzjonalisti, u dan sehh anke permezz tal-koperazzjoni ta’
l-oppozizzjoni Laburista ta’ dak iz-zmien. Illum, fil-kuntest tal-Brexit jezistu
opportunitajiet godda ghal Malta, izda il-Gvern Laburista jibqa’ jippersisti li
jiddefendi dak li ma jistax jigi difiz.
F’diskors ricenti, il-Prim Ministru Joseph
Muscat tkellem dwar is-saltna tad-dritt, izda dan jista’ jigi interpretat bhala
ezercizzju ta’ public relations, jigifieri ta’ montatura, meta l-istess Prim
Ministru baqa’ m’ghamel xejn dwar il-Panama Papers, il-protezzjoni ta’
whistleblowers, il-Bank Pilatus, il-hasil tal-flus, il-bejgh kontroversjali ta’
passaporti, il-privatizazzjoni kontroversjali tas-sahha u l-energija, u l-indipendenza
ta’ istituzzjonijiet bhall-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.
L-ghebusija tar-ras tal-Gvern qeghda ccahhad diskussjoni
sana u serja dwar is-servizzi finanzjarji. Per ezempju, huwa importanti li
nifhmu li l-involviment ta’ ufficjali tal-Gvern fil-Panama Papers m’ghandiex
tithallat mal-pozizzjoni fundamentalista ta’ dawk li jridu li fl-UE ikun hemm
rata uniformi ta’ taxxa kullimkien.
Minflok, nistghu nitghallmu mill-politika ta’
l-UE dwar it-tibdil fil-klima. F’dan il-kas, l-unjoni ghandha mira wahda globali
izda kull pajjiz imsieheb ghandu miri specifici li skond ic-cirkustanzi tieghu.
Din it-tip ta’ politika tista tigi adattata fis-settur finanzjarju, u Malta
ghandha targumenta li din hi nicca importanti ghal ekonomiji zghar. Izda biex il-Gvern
jkun kredibli jehtieg li jaghti ezempju ta’ governanza nadifa u osservanza
tar-regoli.
Il-paradoss ta’ dan kollu hu li Joseph Muscat
jista’ jgawdi mill-investiment politiku tieghu meta jirtira minn Prim Ministru,
izda s-socjeta’ Maltija ikollha thallas il-prezz ta’ governanza irresponsabbli.