Saturday, July 20, 2024

#Ħsibijiet (109) #CheapLabour u #CheapTourism

Skond il-Ministru tal-Finanzi, il-popolazzjoni ser tilħaq is-600,000 sa l-aħħar tal-leġislatura u t-800,000 sa l-2040, jekk nibqgħu bl-istess mudell ekonomiku. Fl-istess ħin, il-Ministru tat-Turiżmu jidher li jrid iktar minn 3 miljun turist fis-sena. U l-permessi għall-iżvilupp jibqgħu ħerġin qisu għada qatt m'hu ġej. Diġà qed naraw kollass ta' l-infrastruttura. Aħseb wara x'inhu ġej jekk nibqgħu hekk.