Monday, July 08, 2024

#Ħsibijiet (107) Gig economy minn fuq dahar il-ħaddiem

L-istrajk tal-ħaddiema tal-Bolt terġa tqajjem mistoqsija importanti: X'sar minnu d-diskors li sħubija f'unjin tal-ħaddiema għandha tkun obligatorja? Jew din għandha tibqa volontarja? Jew forsi għandha tkun obligatorja f'ċerti setturi? Hemm alternattiva aħjar biex jiġu negozjati kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti? U wara kollox, il-ħaddiem fil-prekarjat kemm għandu għażla? Jew hawn xi aġenda biex il-ħaddiem ma jkollux saħħa li jinnegozja kundizzjonijiet ta' xoġħol aħjar?

Qed naraw kif id-dipendenza ekonomika fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni qed ikollha impatti varji, bħall-infrastruttura li ma tiflaħx għall-pressjoni; prezzijiet tal-propjeta' impossibli; xogħol prekarju..... Biex tkompli tgħaxxaqha il-pajjiż m'għandux politika olistika u komprensiva dwar l-assessjar ta' l-impatti.