Sociologist, Local Councillor, Activist from Malta

Thursday, December 21, 2017

Nghinu f’kawzi gusti - Michael Briguglio


Il-Mument 24 ta'  Dicembru 2017

Kultant ikun hemm min jixtieq ikun attiv f’xi kawza gusta izda m’ghandux hin biex jaghmel dan. Jew forsi jiddejjaq juri wiccu, forsi minhabba ragunijiet ta’ xoghol. 

Jezisti mod prattiku kif wiehed jista’ jghin f’dawn il-kawzi minghajr ma jkun daqshekk involut personalment. Wiehed jista’ jaghti donazzjonijiet lill-ghaqdiet non-governattivi li huma f’oqsma varji. Illum dan jista’ jsir facilment permezz ta’ l-internet, lill-ghaqdiet li ghandhom metodi sikuri f’dan ir-rigward.

F’dan l-artiklu ser nelenka xi ghaqdiet non-governattivi li huma attivi globalment f’kawzi varji. Ahna lkoll nistghu nghinuhom fl-hidmiet taghhom billi nidhlu fis-siti taghhom u naghmlu donazzjoni fis-sezzjoni rispettiva
.
L-ewwel ghaqda li nixtieq insemmi hija l-MOAS (Migrant Offshore Aid Station). Din l-ghaqda twaqqfet fl-2013 wara d-dizastru umanitarju vicin Lampedusa, fejn 400 persuna gherqu u tilfu hajjithom. MOAS twaqqfet fl-2014 sabiex ikun hemm ghaqda indipendenti fil-qasam umanitarju fil-Mediterran. Minn dak iz-zmien s’issa, salvat u assistiet iktar minn 40,000 persuna fir-rotti l-iktar perikoluzi tal-migrazzjoni. Ftit xhur ilu MOAS trasferiet l-operazzjonijiet taghha ghax-xlokk ta’ l-Asja, fejn qed tassisti lir-refugjati Rohingya li qed jaharbu mill-genocidju fil-Myanmar.  https://www.moas.eu/

L-International Medical Corps hija ghaqda ohra li toffri ghajnuna immedjata lill-persuni: izda f’dan il-kaz tiffoka fuq tahrig u kura medika lil dawk li huma affetwati mill-gwerer, dizasti naturali u emergenzi ta’ sahha madwar id-dinja. Permezz ta’ tahrig tizgura li l-persuni li tassisti ikunu jistghu huma stess jassistu lill-haddiehor fil-futur. https://internationalmedicalcorps.org/

L-MSF (Doctors Without Borders) hija movement globali li toffri assistenza umanitarja permezz ta’ servizzi medici professjonali lill-persuni maqbuda f’krizijiet bhall-gwerra, migrazzjoni u dizastri naturali. http://www.msf.org/

Anke l-UNHCR, l-agenzija tar-refugjati tal-Gnus Maqghuda, hija ddeikata li ssalva l-hajjiet tal-persuni: tiffoka fuq ir-regujati, persuni minghajr nazzjonalita’ u persuni li gew sfurzjati jiccaqalu minn arthom. L-UNHCR tahdem ukoll favur id-drittijiet tar-refugjati. http://www.unhcr.org/

Ghaqda ohra li tiffoka fuq id-drittijiet tal-bniedem hija Amnesty International. Indipendenti minn kull ideologija politika jew interess politiku, l-Amnesty tisskrutinja lill-Gvernijiet f’kwistjonijiet bhar-ripressjoni politika, tortura, u l-piena kapitali. Kemm il-darba irnexxielha tissalvagwardja d-drittijiet ta’ prigunieri politici u tesponi atrocitajiet imwettqa minn dittaturi. https://www.amnesty.org/en/

Transparency International tesponi l-abbuz ta’ poter ta’ gvernijiet permezz ta’ koruzzjoni, hasil ta’ flus, u tixhim fost ohrajn. Hija l-iktar ghaqda prominenti fil-glieda kontra l-korruzzjoni. https://www.transparency.org/

Forma ohra ta’ abbuz li qed tigi miggielda hija l-iskjavitu’. F’dan ir-rigward, Freedom United. Din l-ghaqda tippromwovi azzjonijiet kontra l-iskjavitu’ u b’hekk tesponi gvernijiet u kumpaniji involuti f’din il-mohqrija. https://www.freedomunited.org

Fil-qasam ambjentali, wahda mill-iktar ghaqdiet prominenti hija l-WWF (World Wildlife Fund). Din l-ghaqda tiffoka fuq il-konservazzjoni tan-natura permezz ta’ bazi xjentifika u soluzzjonijiet globali u lokali li jaqdu l-htigijiet tal-bnedmin u n-natura. https://www.worldwildlife.org/

L-ahhar u mhux l-inqas, hemm min jinteressah id-drittijiet ta’ l-annimali. L-ghaqda Born Free tahdem sabiex l-annimali jigu trattati b’dinijita’. Din l-ghaqda tahdem biex annimali jibqghu fl-abitat naturali taghhom u mhux jinsterqu ghall-raguni ta’ kummerc. http://www.bornfree.org.uk/

Nawgura Milied mill-isbah lill-qarrejja’ ta’ Il-Mument u lill-haddiema ta’ MediaLink.


No comments: