Thursday, January 11, 2024

#Ħsibijiet (101) Politika Partiġġjana u l-Forum Marittima

Permezz ta' staqarrija ftit tal-ġranet ilu, il-Forum Marittima Maltija (MMF) appellat lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jaħdmu flimkien għal strateġija li tindirizza l-effetti negattivi tar-regolamenti ġodda dwar il-merkanzija minn fuq il-bastimenti. Dawn l-effetti jistgħu ikollhom impatt kbir fuq servizzi offruti minn Malta u fuq il-prezzijiet. 

Wieħed jista' jaqra l-istqarrija tal-MMF minn din il-holqa: https://mmf.org.mt/the-european-emission-trading-system-and-the-implications-for-malta/

Jidher li dan huwa każ fejn il-Gvern u l-Oppożiżżjoni iktar qed jaħlu ħin jikkritikaw lil xulxin milli jaħdhmu flimkien għall-interess nazzjonali ta' Malta -  gżira żgħira li hi dipendenti ħafna fuq l-ekonomija marittima. Forsi jkun aħjar jekk jiddjalogaw u jikkonsultaw sew ma' esperti u operaturi f'dan il-qasam milli joqogħdu jdoqqu t-trombi. 

Permezz tar-reshuffle, il-Gvern reġa' tilef l-Opportunita' li jkollu Ministru għall-Affarijiet Marittimi. Dan it-tip ta' Ministeru jeżisti f'pajjiżi oħra, u ma nistax nifhem kif il-politiċi, sena wara l-oħra, jibqgħu jagħtu importanza minuri lil dan is-settur daqshekk importanti għal pajjina. Kif inhuma l-affarijiet, il-kwistjonijiet marittimi huma taħt il-kompetenza ta' Ministeri differenti, inkluż dak tat-Trasport, li għadu kemm ġie karatterriżżat minn bidla fil-Ministru....

Stampa: The Malta Independent