Sociologist, Local Councillor, Activist from Malta

Sunday, April 08, 2018

Ix-xibka tal-gvern - Michael Briguglio


Image result for surveillance web red

Meta nanalizzaw kif jopera l-gvern Laburista, tajjeb li ma niffukawx biss fuq dak li jghid Joseph Muscat jew fuq dak li naraw fil-mezzi tax-xandir. Tajjeb ukoll li ma niffukawx biss fuq statistika u cifri.

Mhux qed nghid li dawn m’humiex fatturi important, anzi. Izda analizi olistika ghandha tindaga ukoll dwar il-mod kif il-gvern huwa prezenti f’oqsma socjali varji fil-hajja ta’ kuljum. Dawn jinkludu l-familija, hbiberiji, ir-religjon, is-socjeta’ civili, il-professjonijiet, ix-xandir, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni u oqsma ohra.

Tajjeb naraw ukoll jekk id-drittijiet ta’ l-individwu humiex rispettati, jekk hemm arrangamenti bilancjati bejn l-istutuzzjonijiet u jekk il-gvern huwiex jimmonopolizza l-poter f’livelli varji bhall-politika nazzjonali u dik lokali.

F’dan ir-rigward, nixtieq nirreferi ghall-istrategija tal-Partit Laburista ta’ micro-targeting, jigiferi li jkollu kuntatt, interazzjoni u sorveljanza kontinwa tal-votanti permezz ta’ metodi li jsiru kemm wicc imb’wicc kif ukoll fuq il-media socjali.

Nafu kif il-Partit Laburista huza din l-istrategija b’mod aggressiv qabel l-elezzjoni tal-2013 permezz ta’ weghdi ta’ kull xorta u qabel l-elezzjoni tal-2017 permezz ta’ l-uzu ta’ l-apparat ta’ l-istat, per ezempju billi impjega hafna nies fis-settur pubbliku u hareg hafna permessi ghal zvilupp. Ma nkunx sorpriz jekk qabel l-elezzjoni generali li jmiss, id-dhul mill-bejgh tal-passaporti jintuza ghal verzjoni iktar b’sahhitha ta’ dak li sehh qabel l-elezzjoni tal-2017.

B’hekk, il-Gvern Laburista dghajjef il-politika ta’ l-ippjanar biex jigi agevolat l-izvilupp u biex eluf ta’ nies jaqilghu lira tajba anke jekk dan jista’ jkun ta’ detriment ghas-socjeta’ fuq medda itwal ta’ zmien f’oqsma bhat-trasport, il-komunita’, l-ambjent u l-ekonomija. Familji li m’humiex fl-isfera Laburista jigu imhajjra jivvutaw lill-partit jekk jinghataw permess jew pjacir u jigu kkastigati jekk ikunu meqjusa bhala kritici pubblici tal-gvern.

Il-Gvern Laburista jippremja lill-organizazzjonijiet tas-socjeta’ civili u tal-media jekk dawn jappoggjawh, u jinjora lill-ohrajn hlief jekk il-pressjoni taghhom tkun verament effettiva. Assocjazzjonijiet qed jaraw kif proceduri stabiliti qed jitnehhew u kif partitarji Laburisti qed jitpoggew fuq kumitati pubblici mhux ghax haqqhom izda ghax ipoggu l-interess elettorali tal-partit qabel il-gid komuni. Qed ikun hemm sorvejlanza u supervizjoni kontinwa sabiex il-magna elettorali Laburista tkun efficjenti fit-triq elettorali.

Immigranti li qed ifittxu hajja ahjar f’Malta qed jigu skrutinizzati u mdahhla fis-sistema ta’ patrunagg. Jigu integrati fis-socjeta’ bil-patt u l-kundizzjoni li jkunu leali lejn il-Labour.

Gudikanti fil-qrati issa ghandhom assistenti maghhom li gew imdahhla fuq position of trust. Dan effettivament ifisser li dawn ta’ l-ewwel qed jigu sorveljati minn dawn ta’ l-ahhar. U dawn ta’ l-ahhar huma leali lejn il-politici li appuntawhom.

Sa dan it-tant hemm bosta partitarji -  dawk li illum jissejhu trolls - li huma kontinwament attivi fuq il-media socjali permezz ta’ fastidju u bbulijar ta’ kritici. Dan jahdem ghad-detriment tal-espressjoni hielsa.

Persuni leali ghat-triumverat ta’ Keith Schembri, Joseph Muscat u Konrad Mizzi qed jitpoggew f’pozizzjonijiet strategici fejn jigu diskussi u decizi il-bejgh ta’ assi pubblici u kuntratti pubblici u sa dan it-tant l-Awditur Generali qed jigi mifqugh b’investigazzjonijiet insinjifikanti sabiex ma jkollux hin u rizorsi adekwati biex jinvestiga skandli kbar bhal bejgh ta’ sptarijiet pubblici.

Il-Gvern huwa kullimkien. Irid igibna dipendenti fuq is-sahha tal-Ministri. Qed idghajjef il-kunsilli lokali, l-istituzzjonijiet u s-socjeta’ civili. L-istess id li titmaghna hi l-istess id li ssawwatna. Izda ma jistax jisraqilna l-hsieb hieles hlief jekk inhalluh. Ghadna fic-cans li npoggu l-gid komuni qabel il-politika bla ruh.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 8 ta' April 2018..



No comments: