Sociologist from Malta

Sunday, April 22, 2018

Malta llum bejn politika socjali u l-progett Daphne - Michael Briguglio


Nixtieq nitkellem dwar xi realtajiet u inugwaljanzi socjali f’pajjizna illum.

Tajjeb inzommu f’mohhna li l-inguwaljanza socjali jista’ jkollha forom varji. Jista’ jkollha x’taqsam ma’ fatturi ekonomici, ma’ pregudizzji, ma’ diskriminazzjoni u ma eskluzjoni socjali ta’ gruppi varji.

Jekk niehdu d-dinja tax-xoghol bhala ezempju, naraw li f’pajjizna hemm realtajiet kontrastanti ferm. Filwaqt li l-ekonomija qed tikber u l-qghad u l-istatistka tal-faqar juru tnaqqis, hemm madwar 30% tal-‘working age population’ li m’humiex qed jahdmu f’impjieg formali. Fost dawn hemm 7,000 zghazugh li mhux qed jirregistraw ghax-xoghol jew jattendu xi facilita edukattiva.

Hemm ukoll bosta haddiema li qed jesperjenzaw zminijiet iebsa. Huma hafna l-haddiema b’pagi baxxi u/jew b’kundizzjonijiet hziena li ma jistghux ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja u li ma jistghux jitolbu ghal pagi iktar gholjin. Dan minhabba ragunijiet bhal dik li f’xi setturi jistghu jinstabu haddiema ohrajn minflokhom li lesti jahdmu ghal pagi iktar baxxi u ghal kundizzjonijiet inferjuri.  B’hekk jinholoq ciklu ta’ sfruttar u kompetizzjoni ingusta bejn il-haddiema.

Hemm ukoll bosta fatturi kulturali u socjali li qed iwasslu ghal inugwaljanzi li hafna drabi jahmdu kontra n-nisa fuq il-post tax-xoghol. Politika li verament trid l-ugwaljanza f’dan il-qasam tizgura li n-nisa ikollhom l-istess stima, appogg, pagi u kundizzjonijiet li ghandhom l-irgiel fuq il-post tax-xoghol. Politika ekwa titkellem ukoll dwar ir-responsabilitajiet ta’ l-irgiel fil-familja u mat-tfal.

Ta’ min iqis ukoll li f’pajjizna huwa stmat li l-ekonomija mohbija (underground economy) hija pjuttost kbira (25% tal-prodott gross domestiku). Hemm diversi ragunijiet li jispjegaw l-ezistenza ta’ xoghol mhux dikjarat. Fosthom hemm l-ezistenza xoghol prekarju b’kundizzjonijiet ta’ sfruttar li donnhom qed jaharbu mill-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet.

Ta’ min isemmi kwistjonijiet ohra relatati ma’ l-eskluzzjoni socjali. Fost dawn hemm is-solitudni. Paradoss ta’ zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru,  is-socjeta’ qed tkun karattierzzata ukoll minn nuqqas ta’ sens ta’ komunita’, individwalizazzjoni f’oqsma varji tal-hajja u nies li jhossuhom wahidhom qalb il-folla.

Ghalhekk huwa importanti li l-politika socjali tipprovva ssahhah il-komunitajiet fis-socjeta’. Dawn jistghu ikunu komunitajiet lokali, fuq il-post tax-xoghol u fl-edukazzjoni,  u jistghu ikunu ukoll komunitajiet ta’ persuni b’esperjenzi, gosti jew kulturi simili. Investiment ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet non-governattivi u f’inizjattivi edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu f’dawn ir-rigward.

F’socjeta’ fejn il-partiti politici ghandhom prezenza kbira f’oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li tigi valorizzata  politika li temfasizza kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem peress ta’ processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma’ xulxin ghall-privileggi. Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta’ drittijiet u dmirijiet, biex b’hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta’ ta’ madwaru.

Ghalhekk, oppozizzjoni b’sahhitha ghandha d-dmir li titkellem f’isem dawk li qed jesperjenzaw inugwaljanza frott ta’ politika ta’ Gvern li kemm il-darba qieghed iwarrab ir-ruh socjali.

Il-fatt li l-Gvern Laburista irid idahhal ligijiet bhal dik tas-surrogacy juru li minkejja d-diskors li hu feminista u liberali, fil-verita’ huwa favur politika li tmur kontra d-dinjita’ tal-persuna.

Nitxtieq nitkellem ukoll dwar kwistjoni ohra li qieghda fuq fomm kulhadd: L-ahbarijiet li hargu mid Daphne Project:  konsorzzju ta’ 45 gurnalist minn gazzetti kbar minn 18-il pajjiz.

Huwa car iktar minn qatt qabel li l-pozizzjonijiet ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi m’ghadhomx tenibli u ghalhekk ghandhom jitnehhew mill-karigi taghhom ta' ministru u Kap tal-Ufficcju tal-Prim Ministru. Ir-revelazzjonijiet mid-Daphne Project izidu aktar evidenza mal-illegalitajiet tal-Panama Papers.

Iktar ma’ l-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa jiddefendi lill-Schembri u Mizzi, iktar qed isahhahh il-kultura’ ta’ xejn m’hu xejn, il-kultura’ ta’ l-impunita fejn hemm ligi ghall-Allat u ligi ghall-annimali.

Jidher li l-triumvirat ta’ Muscat, Schembri u Mizzi iridu jzommu l-poter akkost ta’ kollox u ghalhekk ghandna noqoghdu attendi sabiex niddefendu l-kisbiet demokratici li akkwistajna tul is-snin.

Ghalhekk naghlaq biex nappella biex ikun hemm unita’ milll-forzi kollha ta’ rieda tajba sabiex insalvaw il-pajjiz mill-iktar tmexxija korrotta li qatt kellu.

Il-poter ta’ Muscat m’huwiex etern, u ahna ser nibqghu infakkruh b’dan il-fatt permezz tal-vuci, tal-kitba u ta’ l-attivizmu taghna.  

Diskors, 22 ta' April 2018

No comments: