Sociologist, Local Councillor, Politician from Malta
MEP Candidate - Partit Nazzjonalista (EPP).

Monday, April 30, 2018

Is-surrogacy jrendi l-mara oggett - Michael Briguglio



Hekk kif il-Gvern bihsiebu jbiddel il-ligi tal-IVF, tajjeb li ninnutaw li l-gvern irid jintroduci s-surrogacy f’Malta.

Jien ghandi riservi qawwijin ghas-surrogacy, u hawnhekk naqbel ma’ bosta hsibijiet li jvarjaw minn dik feminista ghal dik kattolika. F’bosta pajjizi Ewropej is-surrogacy hi illegali, u f’xi pajjizi hi permessa s-surrogacy ‘altruista’. Il-Parlament Ewropew talab lill-pajjizi msiehba fl-UE biex ma jippermettux is-surrgacy.

Fl-opinjoni tieghi, is-surrogacy irendi l-gisem tal-mara oggett li jista’ jigi sfruttat u komodifikat. Il-mara ssir fabbrika, ma tistax tissejjah ‘omm’ u d-drittijiet tal-wild huma pratikament inezistenti. L-ewwel jigi il-klient. Dan l-argument jghodd ukoll ghas-surrgacy ‘altruista’.

Kif nistghu qatt inkunu nafu li surrogacy tkun verament ‘altruista’, li ma saret l-ebda pressjoni socjali fuq il-mara u li m’hemmx flus klandestini involuti? Il-Gvern ghamel ricerka biex jara min huma dawk li jintuza gisimhom ghas-surrogacy? Qieghed jikkunsidra l-possibilita’ li dawn in-nisa jista’ jkollhom inqas poter socjali mill-klienti taghhom?

U x’jigri jekk is-surrogacy ma jmurx skond il-pjan? Nghidu ahna jekk l-omm tkun trid izzomm it-tarbija, jew jekk il-klienti ma jridux it-tarbija. Jew jekk jinqala xi mard?

Ma nistax nemmen kif gvern li jsejjah lilu nnifsu feminista qieghed jinjora kwistjonijiet etici u qed jipprova jevita diskussjoni infurmata u matura.

Iktar ma jmur iktar qed nersqu lejn gvern bla ruh, ‘a soulless state’, fejn il-politika tal-gvern trendi kollox prodott ghall-isfruttar. Il-gisem uman ser jizdied mal-lista fejn diga’ nsibu c-cittadinazna, l-ambjent u l-art pubblika.

Jehtieg li attivisti, politici u esperti fix-xjenzi medici u socjali izidu l-pressjoni biex il-Gvern ma jkomplix ghaddej b’din il-politika ta’ komodifikazzjoni tal-gisem uman.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 29 ta' April 2018

No comments: