Thursday, September 17, 2020

Ħsibijiet (62) Narrattivi pubbliċi

Pajjiżna mhux nieqes mill-kontroversji soċjali. 

Kemm il-darba ninnota li jinħolqu narrattivi li jiġu ripetuti fl-isfera pubblika, minn netwerks differenti u f'setturi varji, illi mhux bilfors ikunu ibbażati fuq evidenza jew proċess deliberattiv. Jistrieħu fuq twemmin li n-netwerk "tiegħi" bilfors għandha monopolju fuq il-verita' u interessi leġittimi. Fl-istess ħin, min mhux magħna huwa bilfors kontra tagħna. Ma jimpurtax jekk ħaddieħor isaqsi mistoqsijiet jew saħansitra jippreżenta evidenza li ma taqbilx man-narrattivi ta' dawn in-netwerks.  Anzi, ġaladarba dak il-ħaddieħor mhux wieħed minnha, niddemoniżżawh, għax bilfors ħażin. Ħalliha li nagħmluha tal-bravi u tal-inklussivi.

Analiżi ta' dan it-tip ta' fazzjonaliżmu dommatiku, ta' dawn il-proċessi ta' poter tista' ssir dwar kwistjonijiet, organiżazzjonijiet u kampanji speċifiċi. Jistgħu jiġu analiżżati id-diskors, il-kompożizzjoni u l-iffinanzjar tan-netwerks, l-interessi, l-istrateġiji u l-antagoniżmi fost inkontri u proċessi soċjali oħra.