Monday, September 07, 2020

#Ħsibijiet (61) Klassiżmu politiku

Meta wieħed janaliżża l-istrateġiji ta' dawk li jeċċellaw fl-esklużjoni ta' min ma jappartjenix fin-netwerks tagħhom, wieħed jista jinnota diskors selettiv u kontradittorju. Id-diskors jiġi analiżżat kemm b'dak li jintqal, kif ukoll b'dak li ma jintqalx: Dak li jiġi mwarrab mill-aġenda politika.

In-nuqqas ta' trasparenza tikkumplika l-affarijiet. Izda analiżi strutturata ta' dan il-klassiżmu politiku jurik kif jitfasslu dawn in-netwerks, kif u meta toħroġ il-propaganda u x'għodda tintuża għal dan il-għan.