Sociologist from Malta

Saturday, October 17, 2020

Ħsibijiet (63) 204

Illum rajt nies bil-maskra u oħrajn le, min jagħmel is-social distancing u min qisu xejn m'hu xejn, min ifettaq u min jikkoopera. M'hemmx soluzzjonijiet faċli: Jinħtieġu deċiżjonijiet sodi, infurzar u sens ta' responsabbiltà minn kull waħda u wieħed minna. Ħidma flimkien, mhux pika u tgħajjir f'mument kruċjali għas-socjeta' tagħna. F'kuntest ta' Covid fatigue, l-inqas li għandha bżonn hi li jkun hemm min jipprova jiskurja gowls politiċi jew min jipprova jrewwaħ mibgħeda, xettiċiżmu, surrealiżmu, alabiebiżmu jew sensazzjonaliżmu. 

Ejjew inkunu ikbar minn dan kollu. Pajjiż qabel partit. 🇲🇹



No comments: