Monday, June 19, 2023

#Ħsibijiet 98 - Protezzjoni lil min jitfa' t-tajn

Hekk Sew!

Kont taf li Membru tal-Parlament jista' jallega u saħansitra jivvinta fuqek, u jirrovinalek ħajtek, u li int, sadanittant ma tistax twieġeb jew tieħu azzjoni biex tiddefendi r-reputazzjoni tiegħek?

Wieħed jifhem li dwar xi materji sensittivi, il-Membri tal-Parlament għandhom ikollhom xi forma ta' protezzjoni meta jitkellmu. Iżda dan id-dritt m'għandux jiġi abbużat. L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ilu 8 snin jitkellem dwar dan il-lok ta' abbuż ta' poter, u ilu 8 snin jiġi injorat mill-parlament.

Għandu raġun, u jistħoqqlu l-appoġġ minn dawk kollha ta' rieda tajba għal riforma ġusta f'dan il-qasam.

Aqra iktar hawnhekk: https://www.independent.com.mt/articles/2023-06-18/newspaper-leader/TMIS-Editorial-The-right-to-redress-6736252747