Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Tuesday, July 28, 2015

Il-Fenomenu tal-Front


(English version of this article is available at: http://mikes-beat.blogspot.com/2015/06/making-history-from-zonqor-to-beyond.html )

Il-protesta #savezonqor tal-Front Harsien ODZ, nhar is-Sibt 20 ta’ Gunju, kitbet l-istorja ghal bosta ragunijiet.

Din kienet l-ikbar protesta awtonoma li qatt organizzat is-socjeta’ civili Maltija, minghajr indhil ta’ partiti politici. Kien hemm madwar 3,000 u 4,000 persuna li honqu triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta.

Is-soltu, huma biss il-partiti jew unjins kbar li jirnexxilhom jigbu folol daqshekk kbar, specjalment minhabba l-ammont ta’ membri li ghandhom. Izda anke hawnhekk, dan l-ahhar kien hemm tnaqqis ta’ attendenza ghal bosta attivitajiet , u ghalhekk l-attendenza massiva ghall-protesta tal-Front kienet iktar sinjifikanti.

Apparti minn hekk, protesti ambjentali kbar li saru taht l-amministrazzjoni precedenti taht Gvern Nazzjonalista gibdu madwar 500 ruh – u kienu meqjusin success.

Il-Front Harsien ODZ jipprezenta fenomenu gdid fil-politika Maltija, u fl-istess hin jiccelebra t-tajjeb ta’ attivizmu ambjentali li kien hemm fis-snin ta’ qabel.

Il-Front jibni fuq ambjentalizmu tas-sittinijiet , ambjentalizmu iktar militanti mit-tmeninijiet il-quddiem, u l-istrategija inklussiva ta’ kampanji li kisbu success bhal tal-Front Kontra l-Golf Kors fir-Rabat.

Il-Front ghandu appogg ta’ iktar minn 30 organizazzjoni, u m’ghandu l-ebda intenzjoni li jiehu posthom, izda, li jahdem b’mod inklussiv, lil’hinn mis-settarjanizmu jew partiggjanizmu, fejn kulhadd jista’ jahdem flimkien.

Dawk attivi fil-Front Harsien ODZ jirrispondu lill-istess Front u mhux lill-ghaqda li maghhom huma msiehba. Decizjonijiet fil-Front isiru b’mod orizzontali u demokratiku, u attivisti m’ghandhomx bzonn approvazzjoni ta’ xi ghaqda biex jippartecipaw fit-tehid tad-decizzjonijiet.

Hemm attivisti fil-front li ilhom attivi iktar minn 20 sena. Ohrajn ilhom attivi ghal dawn l-ahhar snin, u ohrajn huma godda fil-mewga gdida ta’ attivzimu fis-socjeta’ civili.

Hemm attivisti li huma kunsilliera, ohrajn gurnalisti, ohrajn akkademici minn dixxiplini varji, u ohrajn li huma studenti, attivisti u cittadini b’interess ambjentali u fil-gid komuni. Il-Front issa jrid jizgura li jibqa’ awtonomu u li ma jaqax ghat-tentazzjoni ta’ ko-opzjoni.

Il-Front m’huwiex mahkum minn glied intern, partiggjanizmu jew primadonnizmu politiku. Ghall-kuntrarju, kull attivist ghandu rwol importanti, u l-Front juza pjattaformi differenti ghall-attivizmu. Dan jinkludi l-media socjali, protesti, dibattiti pubblici, memes, networking u attivizmu ‘grassroots’.

Il-Front jirraprezenta l-mument ta’ attivizmu mhux partiggjan, f’kuntest ta’ kuxjenza ambjentali li dejjem qed tikber, u taht Gvern Laburista li qed isir inqas trasparenti, iktar arroganti u iktar merkantili f’politika li qed tbiegh il-gid komuni.

Apologisti ultra-partiggjani qed jaghmlu dak kollu li jistghu biex izebilhu lill-Front Harsien ODZ. Izda b’mod politkament xejn analitiku, qed jinjoraw il-mewga li qed tikber fis-socjeta’ civili Maltija. Dan jaghti iktar incentiv lill-Front biex jitkellem kontra s-serq tal-wirt ambjentali Malti.

Nota: Dan l-artiklu deher fil-harga tas-Sajf 2015 tar-rivista Zminijietna


No comments: