Wednesday, May 31, 2023

#Ħsibijiet 96: Solidarjeta' ma' l-anzjani u l-ħaddiema fid-dar tal-Kottonera

Fuq xi gażżetti qed naqraw dwar anjanzi imbikkmin minħabba li dalwaqt ser jiġu relokati mid-dar li jgħixu fiha għal xi dar oħra ta' l-anzjani. Saru jafu dwar dan ħabta u sabta l-ġimgħa l-oħra. 

Sfortunatament din mhux l-ewwel darba li anzjani ġew trattati bħala ċittadini tat-tieni klassi.

Minflok ma nirringrazzjaw lill-anzjani tas-servizz li taw u li għadhom jagħtu lis-soċjeta' Maltija, nieħdu deċiżżjonijiet li milli jidher huma nieqsa mill-konsultazzjoni. Dan hu każ ieħor ta' policymaking li jeħtieg social impact assessment, u mhux deċiżżjonijiet għaġġelin minn fuq għal isfel. 

Jeħtieġ li l-gruppi ta' l-anzjani u gruppi oħrajn fis-soċjeta' ċivili jiffirmuaw moviment soċjali għad-drittijiet ta' l-anjanzi. L-anzjani huma ċittadini tal-llum, bħal kull ċittadin ieħor.