Wednesday, September 29, 2021

#Ħsibijiet (82): L-immigrant li tħalla fuq il-bankina

Jekk l-allegazzjoni li ħaddiem tħalla fuq il-bankina minflok ma ttieħed l-isptar hija vera, din iġġib magħha uġiegħ kbir tal-qalb.

Fl-istess ħin, ma naqbilx ma' dawk li qed jgħidu 'Malta spiċċat' u affarijiet simili. 

Il-ħaddiem, ta' 32 sena u mill-Ghana, sab l-għajnuna u s-solidarjeta', u l-pulizija qed tieħu azzjoni. 

Fis-soċjeta' issib minn kollox, mir-razziżmu sas-solidarjeta', u ejja ma' nilludux ruħna li hemm xi soċjeta' (hemm fuq) iktar 'pura' minn tagħna.

Aħna lkoll nagħmlu parti mis-soċjeta' Maltija, u lkoll nistgħu nagħmlu l-parti tagħna għal soċjeta' aħjar. Min fis-silenzju u min le.  

Solidarjeta' mal-ħaddiem, u solidarjeta' ma kull min hu vittma ta' inġustizzja.