Sociologist from Malta

Wednesday, December 23, 2020

#Ħsibijiet (75) Kuraġġ

Kuraġġ!

Kuraġġ lil kull min qiegħed jiġġieled il-battalji tiegħu, fis-silenzju.

Battalji li jistgħu jinħassu iktar waqt żmien il-festi. 

Hemm affarijiet li ma nistgħux inbiddlu. Fl-istess ħin ħadd ma jista' jiddettalna  l-atitudni tagħna lejn dawn l-affarijiet. Fortunatament jeżistu persuni li jistgħu jgħinuna inqumu fuq saqajna. U kultant trid tirkeb il-mewġa minflok ma titkisser ġo fiha.

Iżda hemm affarijiet li jistgħu jinbiddlu. Biex ikun hemm xaqq ta' tama, kultant jeħtieġ li nkunu kuraġġużi u nagħżlu dak li hu ġust, dak li jeħtieġ li jsir. 

Mhux faċli. Iżda forsi l-providenza tagħżel lil dawk l-iktar qalbiena għall-ikbar sfidi.

Dal-Milied, nixtieq ngħid kuraġġ lil min qiegħed jiġġieled il-battalji tiegħu.







No comments: