Tuesday, November 03, 2020

Ħsibijiet (66) - Niddefendu l-pluraliżmu u l-libertajiet

Ejjew nipproteġu l-libertajiet li rebħu l-ġenerazzjonijiet ta' qabilna kif ukoll dawk ta' żminijietna. 

Ejjew ukoll nuru rispett lejn persuni, ideat, kulturi u ħsibijiet differenti, f'kuntest politiku u soċjali ta' inklużjoni u agoniżmu bejn avversarji, u mhux mibgħeda u antagoniżmu bejn l-għedewwa. 

Sabiex ikun hemm din l-isfera ta' deliberazzjoni, rispett u toleranza, jeħtieġ li jkun hemm sens ta' komunita' u difiża effettiva tal-valuri bażiċi ta' soċjeta' demokratika u liberali: Dik is-soċjeta' li faċli tikkritikaha, iżda li sadanittant ma narawx nies iridu jaħrabu minnha.  

Niddefendu l-pluraliżmu, iżda mhux akkost li nitilfu l-istess pluraliżmu.