Friday, May 15, 2020

#Ħsibijiet (44) Rilaxxar tar-Restrizzjonijiet #Coronavirus - Il-Gvern għandu jippubblika l-evidenza u l-konsultazzjoni

Nifhem li fil-kriżi tal-Coronavirus hemm aspetti mediċi, soċjali u ekonomiċi fost oħrajn. Nifhem li ma jeżstux bakketti maġiċi u li kull deċizzjoni tista' ġġib riskji magħħa. Iżda jeħtieġ li l-poplu Malti jkollu serħan tal-moħħ li r-rilaxxar ta' restrizzjonijiet qed isir bl-iktar mod għaqli u meqjus. 

Għalhekk nappella lill-Gvern biex jippubblika l-evidenza li qed juża u l-konsultazzjoni li qed jagħmel sabiex jasal għad-deċiżżjonijiet relatati mal-Coronavirus.

Insaqsi lill-Gvern:

- Kif qed isiru d-deċiżjonijiet  dwar il-miżuri relatati mar-rilaxxar ta' restrizzjonijiet?
- Min qed jiġi kkonsultat? Jeżistu minuti tal-laqgħat?
- Fuq liema bażi qed jittieħdu d-deċiżjonijiet? X'metodoloġiji qed jintużaw? 
- X'qed iżomm lill-Gvern milli jiddelibera b'mod miftuh mal-Oppożizzjoni, Sħab Soċjali, Soċjeta Ċivili u Esperti f'oqsma varji?
F'dan iż-żmien diffiċli, pajjiżna jeħtieġ trasparenza, deliberazzjoni u kunsens kemm jista' jkun wiesgħa.