Thursday, May 14, 2020

#Ħsibijiet (43): #Coronavirus - Kriżi globali ta' saħħa mentali

Il-Ġnus Maqgħuda wissiet li d-dinja qed tistenna kriżi ta' saħħa mentali hekk kif miljuni ta' nies qed jesperjenzaw imwiet, mard, iżolament, faqar u anzjeta' kawża tal-COVI019. 

F'dan ir-rigward, nerġa nappella lill-Gvern ta' Malta biex iwettaq politika olistika ibbażata fuq il-konsultazzjoni, l-evidenza u d-deliberazzjoni, mhux biss fil-qasam tas-saħħa, iżda ukoll fl-oqsma ekonomiċi u soċjali fost oħrajn. 

Kemm l-Opożizzjoni kif ukoll sħab soċjali offrew l-id tal-ħbiberija f'dan ir-rigward. Il-Gvern għandu jikkonsulta ukoll ma' l-esperti ta' dixxiplini differenti u ma' għaqdiet attivi fil-komunitajiet varji. 

Jeħtieġ li naffrontaw din il-kriżi bħala poplu magħqud, lil'hinn mill-pika partiġġjana.