Friday, April 10, 2020

#Ħsibijiet (26): #Coronavirus: Il-Pakkett Finanzjarju Ewropew

Il-Gvernijiet ta' l-Unjoni Ewropea qablu fuq pakkett finanzjarju ta' nofs triljun Ewro  għall-ħaddiema, kumpaniji u sistemi ta' saħħa li qed jiġu impattati b'mod negattiv mill-kriżi tal-Coronavirus.

Hekk kif appellajt f'artiklu ftit tal-ġranet ilu , nemmen li permezz ta' din id-deċiżżjoni rebħet id-deliberazzjoni demokratika, fejn l-interessi varji fl-UE ċedew ftit għall-ġid komuni. Tajjeb inżommu f'moħħna li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropej (EESC), li hu l-forum uffiċjali tas-soċjeta' ċivili fl-Unjoni Ewropea, sejjaħ għal pjan ekonomiku urġenti u  komprensiv sabiex jiġġieled il-kriżi tal-Coronavirus.

Apparti l-pakkett finanzjarju Ewropew, hemm ukoll il-pakketti individwali ta' kull pajjiż imsieħeb. F'dan ir-rigward nappella lill-Gvern biex fil-pakkett tiegħu ikopri ukoll lil dawk il-ħaddiema, self-employed u kumpaniji li ġew esklużi mill-pakkett preżenti u li qed jiġu impattati b'mod negattiv mill-kriżi tal-Coronavirus. Dan l-appell qegħdin jagħmluh il-Opożizzjoni Nazzjonalista u l-Kamra tal-Kummerċ fost oħrajn. 

Ikun tajjeb li l-Gvern jinvesti f'iktar deliberazzjoni fil-politika ekonomika u soċjali relatata mal-gwerra kontra l-Coronavirus. Jeħtieġ li f'pajjiżna ikun hemm l-ikbar kunsens possibbli u 'sense of ownership' permezz ta' patt soċjali li jagħmel l-almu tiegħu biex ħadd ma jibqa' lura.