Tuesday, April 07, 2020

#Ħsibijiet (23) - #Coronavirus - Appell għal pjan ekonomiku Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta' l-Unjoni Ewropej (EESC), li hu l-forum uffiċjali tas-soċjeta' ċivili fl-Unjoni Ewropea, sejjaħ għal pjan ekonomiku urġenti u  komprensiv sabiex jiġġieled il-kriżi tal-Coronavirus.

L-EESC qalet li din il-kriżi tirrapreżenta emerġenza ta' saħħa, theddida severa ekonomika u soċjali, u sfida potenzjali għall-istituzzjonijiet demokratiċi. Għalhekk hemm bżonn ta' solidarjeta' bla preċedent mill-pajjiżi msieħba fl-UE.

L-EESC appellat biex l-UE tkun iggwidata mill-prinċipju ta' komunita' b'destin komuni. Ippreżentat pakkett ta' proposti u qalet li l-valuri Ewropej dwar rispett tad-dinjita' umana, drittijet tal-bniedem, demokrazija, ugwaljanza u s-saltna tad-dritt bl-ebda mod m'għandhom jiġu kompromessi.

Hekk kif fl-UE qed jiġu approvati miżuri u għadejjin diskussjonijiet dwar miżuri oħra, nemmen li r-rappreżentanti Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jitkellmu favur pjan ekonomiku u patt soċjali Ewropew, fejn vuċijiet varji jiddeliberaw u jagħmlu l-almu tagħhom għal kunsens li jħares l-interessi varji fi ħdan l-UE.

Tista' taqra l-istqarrija tal-EESC minn dan il-link:
https://www.eesc.europa.eu/en/news-media/presentations/eus-response-covid-19-outbreak-and-need-unprecedented-solidarity-amongst-member-states