Sunday, March 29, 2020

#Ħsibijiet (22) #Coronavirus - Il-WHO u l-patt soċjali

Għandna nkunu kburin li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Jidher li pajjiżna qed jimxi skont il-parir xjentifiku fil-qasam tas-saħħa. Grazzi lill-Awtoritajiet, esperti u ħaddiema konċernati. Tajjeb li nibqgħu insegwu l-parir ta' l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Sa dan it-tant, nemmen li fl-aspetti soċjali, ekonomiċi u politiċi, ikun għaqli li f'dan il-mument, pajjiżna jinvesti iktar f'patt bejn  il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-sħab soċjali, is-soċjeta' ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti. Għandu jkun hemm proċess ta' djalogu u deliberazzjoni demokratika infurmati mill-evidenza xjentifika, inkluż dik soċjo-xjentifika. 

Dan sabiex kemm jista' jkun ħadd ma jibqa' lura, u li l-pluralita' ta' individwi, gruppi, organiżżazjonijiet u komunitajiet ikunu parteċipi u soċji fil-gwerra inviżibbli li lkoll qed ngħixu.