Friday, March 27, 2020

#Ħsibijiet (21) L-Isptarijiet pubbliċi u l-ġid komuni

Bħalissa qegħdin ngħixu żmien straordinarju fil-gwerra kontra l-għadu inviżibli tal-coronavirus. F'blogs preċedenti jien appellajt biex il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien f'Patt Soċjali.

Sa dan it-tant, tajjeb inżommu f'moħħna il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u fil-Qorti dwar il-kontroversja tal-bejgħ ta' sptarijiet pubbliċi. Tajjeb inżommu f'moħħna li l-Gvern qed iħallas miljuni ta' Ewro mit-taxxi tal-poplu għal servizz baħħ, b'nuqqas ta' trasparenza. S'issa l-Vitals u Steward ħadu mal-240 miljun Ewro u l-poplu ma ħa xejn.

Illum qed nikkonfermaw kemm il-kampanja tal-PN dwar l-isptarijiet pubbliċi hija importanti għall-pajjiż. 

Malta ta' spiss ikollha koalizzjonijiet bejn vuċijiet differenti dwar issues varji. Bl-istess mod, jeħtieġ li fil-kwistjoni ta' l-isptarijiet pubbliċi inpoġġu l-ġid komuni qabel dak settarju. 

Sa dan it-tant, il-PN qed jaqdi d-dmir tiegħu biex id-deal tal-Vitals jiġi annullat fl-interess nazzjonali u soċjali.