Monday, March 23, 2020

#Ħsibijiet (19) #Coronavirus - Jeħtieġ pjan ekonomiku għal Malta

Huwa evidenti li l-mini-budget propost mill-Gvern m'huwiex biżżejjed biex jilqa' għall-isfidi ekonomiċi li pajjiżna qed jiffaċċja. 

Hemm ħafna persuni foqra, ħaddiema, self-employed u imprendituri li qed jaraw dlam ekonomiku quddiemhom. Dan apparti l-anzjetajiet ta' saħħa kawża tal-Coronavirus. 

Pajjiżna jeħtieġ pjan ekonomiku nazzjonali, patt soċjali, fejn il-Gvern, l-Oppożizzoni, is-Sħab Soċjali, is-Soċjeta' Ċivili fis-sens wiesgħa tagħha u l-esperti jaħdmu flimkien permezz ta' istituzzjonijiet bħall-Parlament, MCESD, MEUSAC, l-Universita' u l-istituzzjonijiet Ewropej, fejn ikun hemm deliberazzjoni dwar injezzjoni ekonomika li tilqa' kemm jista' jkun għar-riskji u inċertezzi li pajjiżna għandu quddiemu. Il-politika proposta għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza, u mhux fuq slogans jew ċifri ta' malajr.

Hemm bżonn li jittieħed l-ewwel pass, b'umilita' u b'kuraġġ, biex il-ħidma flimkien tibda mill-iktar fis.