Saturday, January 18, 2020

#Ħsibijiet (1)

Sfera politika fejn jiġu diskussi l-ideat u l-proposti minflok ma noqgħodu nitgħajru, fejn nistgħu naqblu li ma naqblux, fejn nirrispettaw l-intelliġenza u l-għażliet ta' xulxin minflok ma ningħalqu f'tribujiet, fazzjonijiet u identitajiet esklussivi. Fejn ir-riċerka, l-evidenza u d-deliberazzjoni jiġu qabel l-assolutiżmi ideoloġiċi. Fejn ir-realtajiet soċjali li jingħataw importanza ma jkunux biss dawk ta' min jgħolli leħnu l-iktar - speċjalment fuq il-media soċjali. Fuq kollox fejn hemm parametri li jirregolaw il-prassi politika. Politika kostruttiva u mhux korrotta. Politika ta' koalizzjonijiet wiesgħa u mhux ta' għeluq. Politika li trid l-aħjar għal pajjiż u mhux l-aħjar għal xi klikka. Politika fejn ħadd m'għandu ċens perpetwu fuq il-poter.