Sociologist from Malta

Sunday, May 06, 2018

Nahdmu flimkien – Michael Briguglio

Partit politiku li jaspira li jkun fil-Gvern jehtieg li jigbor gewwa fih persuni b’opinjonijiet differenti u li jghaqqadhom flimkien permezz ta’ process demokratiku u vizjoni cara. 

Dawk li jahdmu ghall-ahjar interess tal-partit ghandhom ikollhom l-ispazju biex jaghmlu dan, izda dawk li ghandhom ghanijiet ulterjuri ghandhom jiddeciedu x’iridu jaghmlu. Meta jkun hemm min jahdem biex ifixkel il-processi demokratici, ikun ovvju li din in-nuqqas ta’ rieda tajba ghandha tigi indirizzata. Id-dicenza politika titlob rispett reciproku
.


Ghalhekk partit irid ikun unversali bizzejjed li jinkorpora fih elementi u identitajiet partikolari li lesti jahmdu flimkien u li jirrispettaw id-diversita’ ta’ bejniethom.

Kif ktibt xi gimghat ilu fil-Mument, ma nara xejn hazin li fil-Partit Nazzjonalista hemm min hu iktar liberali u min hu iktar konservattiv. Din id-diverista’ iffurmat koalizzjoni li gabet bidliet storici f’pajjizna wara l-1987.

Kont ktibt ukoll li lanqas ma’ nara xejn hazin li gruppi ta’ attivisti ikunu iktar vicin ta’ xulxin jew li hemm ucuh bi stili differenti.  Izda huwa essenzjali li meta jkun hemm decizzjonijiet demokratici dawn jigu rispettati minn kulhadd. Id-djalogu, l-immanigjar ta’ interessi u vucijiet differenti, u regoli cari huma essenzjali biex dan isehh.

Fil-kaz tal-Partit Nazzjonalista, nemmen li il-valuri tad-dinjita’ umana, is-solidarjeta’, is-sussidjarjeta’ u s-sostenbilita’ jistghu jigbru fihom fehmiet u interessi differenti li jistghu jigu rrikonciljati. Dan ghandu jsir kemm permezz ta’ tmexxija dinamika izda ukoll permezz ta’ studji socjologici li jinvestigaw htigijiet, l-identitajiet u l-aspirazjonijiet ta’ zminijietna.

Dawn l-istudji b’hekk iservu biex ikun hemm evidenza soda ghall-politika f’socjeta’ li qed tinbidel. Politika pozittiva u b’sahhitha tehtieg li ­tibda mill-kuntest socjali ezistenti, u li tmur oltre minn dak li jidher biss fil-media, avolja dan huwa importanti ferm.

F’kuntest fejn il-Gvern Laburista qed ibigh il-wirt komuni u ma jidhirx li jinteressah mill-impatt tal-politika tieghu basta jgib il-voti, jehtieg li l-Partit Nazzjonalista joffri alternattiva serja u konvincenti.

Il-Partit ghandu jkun il-vuci ta’ dawk ta’ dawk li qed jghixu l-forom varji ta’ prekarjat mill-post tax-xoghol sal-hajja personali, ta’ dawk li jridu governanza tajba, u ta’ dawk li jqisu l-gvern ta’ Muscat bhala wiehed bla ruh.

Il-Partit Nazzjonalista ghandu jirrikoncilja haddiema u negozjanti li huma aljenati mill-mudell ekonomiku ma votanti mill-klassi tan-nofs li forsi qed jghixu l-kumdita’ izda jridu tip ta’ politika iktar gusta. Ghandu jkun attraenti ukoll ghal persuni ta’ etajiet, generi u interessi differenti u jipprova jsib x’jaqqghadhom flimkien. Politika li tibbalkanizza l-identitajiet tista’ ssarraf f’politika egoista u ta’ gratifikazzjoni instantanja li ddghajjef l-integrazzjoni socjali. Din ghandha tigi evitata mill-Partit Nazzjonalista.

Stharrig xjentifiku juri li l-Partit Laburista ghadu minn fuq. Izda l-istorja tghallimna li l-futur m’huwiex miktub minn qabel u li l-ebda gvern m’hu etern. Ghalhekk tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jkompli jirrigenera ruhu biex jikkonvinci iktar nies u biex ikun preparat ghall-Gvern meta jasal il-mument.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 6 ta' Mejju 2018

No comments: