Sociologist, Local Councillor, Politician from Malta
MEP Candidate - Partit Nazzjonalista (EPP).

Sunday, May 13, 2018

Diskors - Kunsill Generali PN - Michael Briguglio


Sinjura President, Kap, Kunsilliera

Grazzi talli lqajtuni fostkom.

Qieghed hawn ghax nemmen li l-politika ghandha tkun dinjituza u gusta, u mhux wahda li lesta li tbiegh jew tikkorrompi kollox.

Minghajr principji, gvern jisfa bla ruh, 'a soulless state', bhal m'hu l-Gvern Laburista. Gvern li lest li jbiegh kollox l-aqwa li jirbah il-voti: ic-cittadinanza, l-ambjent, l-ODZ, l-isptarijiet pubblici,  gisem il-mara, il-wirt komuni, 'you name it'.

Ghandna Gvern li jippremja lill-korrotti u li jipprova jisseduci lill-votanti biex isiru korrotti ukoll.

Ghandna Gvern li ma jinteressahx mil-konsegwenzi socjali, ambjentali u ekonomici ta' politika ta' xejn m'hu xejn.

Jekk fil-politika ma jkollkox principji, tkun bhal dak li ghamel patt max-xitan u eventwalment spicca hazin. Ghax min hu korrott ikun irid iktar korruzzjoni, f’bir bla qiegh li jhallas ghalih il-poplu. 

Fl-istess hin il-principji m’ghandhomx ikunu xi domma tat-taleban. Ghandhom ikunu valuri li jiggwidawna u li ghandhom jigu aggornati ma' zminijietna.

Fost ohrajn dawn jinkludu d-dinjita' umana. Il-bniedem ghandu jkun ic-centru tal-politika, u mhux ikun oggett, numru ghall-akwist tal-voti. Id-dicenza u l-onesta' ghandhom jigu qabel id-dahk fil-wicc. 

Ghandna nkunu ggwidati ukoll mis-solidarjeta'. Dan ifisser li minflok ma nipprovaw nisseducu l-votanti biex jippartecipaw fil-korruzzjoni u minflok ma nippremjaw l-isfruttar tan-nies, ghandna nkunu l-vuci ta' min qed jghix il-prekarjat, is-solitudni, l-ingustizzja, u min jixtieq jghix f'socjeta' li tivvalorizza l-gid komuni.

Ghandna nkunu l-vuci ta' l-integrazzjoni socjali, u mhux ta' l-egoizmu u gratifikazzjoni instantja.

Ejja nkunu bhal genitur li jaghti l-ahjar ezempju lit-tfal tieghu, u mhux bhall-genitur sakranazz li ma jghallem l-ebda sens ta' etika lit-tfal. 

Gvern alternattiv ghandu jshahhah is-sussidjarjeta'. Prezentament il-Gvern Laburista qed izarma l-kunsilli lokali u s-socjeta' civili u qed jiccentralizza l-poter f'idejn il-Ministri u l-klikkek taghhom.

Il-Labour iridna nsiru tallaba tal-Ministri. Il-Labour irid a big government, and a small society'. Ahna rridu 'small government and big society'.

Ghall kuntrarju, ahna ghandna nafdaw iktar poter f'idejn ic-cittadin, f'idejn il-kunsilli lokali u l-volontarjat. Ahna rridu partecipazzjoni dinjituza tac-cittadin fid-demokrazija, fejn nirrispettaw id-diversita’ u mhux naraw il-persuna bhala numru.  

U ghandna nkunu kburin li ahna cittadini Ewropej u li nitkellmu fil-fora Ewropej li ahna vvutajna biex nissiehbu fihom. 

Principju iehor hu dak tas-sostenibilita'. Il-Gvern Laburista sar dipendenti fuq il-bejgh tal-passaporti. Minghajr sens ta' dinjita', qed jorbot is-social housing mal-bejgh tac-cittadinanza taghna.

Qed jaghti permessi bl-addocc sahansitra fuq art ODZ, l-aqwa li jikseb il-voti ghall-elezzjoni ta' wara.  U biex igawdu l-ftit ser igib rovina ambjentali u ekonomika ghal kulhadd.  Ghax veru sirna l-aqwa fl-ewropa, izda l-aqwa fil-korruzzjoni u t-tniggiz.

Ghall-kuntrarju, politika sosentibbli tiddiversifika l-ekonomija bhal ma ghamlu Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat anke meta kien hemm il-maltemp ekonomiku. Tpoggi l-gid komuni fuq l-agenda nazzjonali. U tinvesti fl-edukazzjoni.

Ghax ha nghiduha kif inhi, l-edukazzjoni tiswa l-flus, izda l-injoranza tiswa ferm iktar.

Ghalhekk nappella biex inkunu tim wiehed maqghud ghar-rebhiet elettorali. 

Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed jinkoragixxi d-dibitattu intern ifisser li jirrispetta l-intelligenza tan-nies. Mhux bhal Partit Laburista li jipprova jaghlaq halq is-socjeta’ civili u l-artisti tal-V18.

Tajjeb li fil-Partit Nazzjonalista hemm l-ghaqda fid-diversita'. Tajjeb li l-politika tigi ibbazata fuq l-evidenza u studji professjonali. Fuq kollox, tajjeb li l-partit ikun vicin in-nies u mhux maghluq f'xi torri ta' l-ivorju.

Tajjeb li jkun hemm politika tal-perzwazzjoni, u mhux it-tisbit u x-xiri tal-voti.

 Ghax hbieb tieghi, l-uniku pjan ta' Joseph  Muscat hu kif jirbah il-voti biex il-klikka tieghu issir miljunarja


Il-pjan taghna huwa li ntejbu l-kwalita' tal-hajja ta' kulhadd: taghna u tat-tfal taghna.

Jien qieghed hawn biex nikkontribwixxi ghal partit maghqud u gvern alternattiv. Lest li nikkontribwixxi fit-tim li qed ifassal futur flimkien.

Ghalhekk, ejja nkomplu nirrigeneraw irwiehna, nikkonvincu iktar nies u nkunu preparati ghall-Gvern meta jasal il-mument.

Kunsill Generali - Infasslu l-Futur Flimkien - Partit Nazzjonalista, 13 ta' Mejju 2018

No comments: