Sociologist, Local Councillor, Politician from Malta
MEP Candidate - Partit Nazzjonalista (EPP).

Sunday, March 18, 2018

Voti tad-deheb - Michael Briguglio


Image result for occrp
Ftit tal-granet ilu l-Organised Crime and Corruption Reporting Project (OCCRP) ippublikat ivestigazzjonijiet dwar il-bejgh tal-passaporti minn tmien pajjizi fl-Unjoni Ewropea.

Bhal ma nafu, dawn l-iskemi gibdu l-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u ta’ l-ghaqda internazzjonali Transparency International, li qed jappellaw lill-UE sabiex ikun hemm skrutinju fuq dawn l-iskemi minhabba l-possibilita’ ta’ korruzzjoni, hasil ta’ flus u theddid ghas-sigurta’.

Il-Kummissjoni Ewropea ser tippubblika rapport dwar dan iktar tard din is-sena. Nawgura li dan ma jkunx karatterizzat minn diskors vag u burokratiku z-zejjed li ma jmur imkien.

L-investigazzjoni ta’ l-OCCRP tkopri lil Malta flimkien ma’ s-seba’ pajjizi l-ohra. Tghid li l-ikbar numru ta’ xerrejja ta’ passaporti gejjin mir-Russja u li xerreja ohra gejjin minn pajjizi fosthom l-Arabja Sawdita. 78 fil-mija tal-propjetajiet li inxtraw minn dawn in-nies jinsabu fiz-zona ta’ Tas-Sliema.

S’issa, il-bejgh tal-passaporti minn pajjizna iggenerat iktar minn €850 miljun fl-ekonomija, u hi raguni principali li tispjega kif il-finanzi pubblici qed jirregistraw surpus. Dan ta’ l-ahhar gie kkonfermat mill-Fondi Monetarju Dinji.

Sa’ Dicembru tal-2017, €363 miljun gew depozitati fil-fond nazzjonali li fetah il-gvern ghal zvilupp u affarijiiet socjali. Dan il-fond jircievi 70 fil-mija tad-dhul mill-bejgh tal-passaporti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dan l-ahhar habbar li €27 miljun s’issa gew investiti, u rapport iktar ricenti fuq TVM zvela li iktar minn €80 miljun intefqu sa l-ahhar ta’ Jannar. Tajjeb ikun hemm rapport awditjat li jelenka u jivverifika din l-ispiza.

Sa dan it-tant, l-aptit tal-Gvern li jkun dipendenti fuq dan id-dhul ‘facli’ qed jikber. Skond Identity Malta, fil-gimghat li gejjin, ser jigu ppublikati ir-rizultati tal-process ta’ konsultazzjoni biex l-iskema titwessa ghal iktar minn 1,800 applikant.

Jien ktibt lill-Gvern dwar din il-konsultazzjoni u ssuggerejt li din tkun wahda miftuha u wiesgha li tinkludi dibattiti pubblici u deliberazzjoni serja, u mhux 8 mistoqsijiet ikkontrollati li ppublika l-gvern permezz ta’ formula fuq l-internet. Izda ma jidhirx li l-iktar gvern ‘progressiv, trasparenti u feminista’ huwa interessat f’din it-tip ta’ konsultazzjoni.

Tajjeb li l-oppozizzjoni, is-socjeta’ civili u l-istampa ikomplu jiskrutinjaw lill-Gvern dwar il-bejgh tal-passaporti. Per ezempju, qed isir social impact assessment li jivverifika l-impatti ta’ din l-iskema fuq id-demografija u komunitajiet lokali? Il-vizjoni tal-Gvern hi wahda li thares fit-tul jew li tiffoka fuq il-htigijiet ta’ Joseph Muscat u c-cirku ta’ madwaru?

Id-dipendenza fuq il-bejgh tal-passaporti u l-propjeta’ qed taffettwa investiment f’setturi iktar sostenibbli u innovattivi? Il-Gvern Laburista qed jippjana li jonfoq flus iggenerati mill-iskema ghal skopijiet partiggjani fix-xhur ta’ qabel l-elezzjoni generali li jmiss? Il-Partit Laburista qed johloq kostitwenza politika gdida ta’ xerreja ta’ passaporti? Ix-‘xiri’ ta’ voti huwa gustifikat f’demokrazija liberali?


Dan l-artiklu deher fil-Mument, 18 ta' Marzu 2018.

No comments: