Sociologist, Local Councillor, Activist from Malta

Sunday, March 11, 2018

L-ghaqda fid-diversita' - Michael Briguglio


Stharrig xjentifiku ta’ gazzetti differenti qed juri bic-car li hemm distakk konsiderevoli bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

Hemm min sahansitra qed jispekula li tant hemm distakk kbir li Joseph Muscat irid jghaggel bir-riformi kostituzzjonali sabiex eventwalment ikun jista’ jahkem iktar poter taht idejh.

Izda l-istharrig juri ukoll li l-unika alternattiva politika ghall-Gvern Laburista hi dik ta’ Gvern Nazzjonalista, anke jekk il-figuri jaghtu vantagg kbir lill-Partit Laburista. Il-partiti z-zghar huma pratikament invizibbli u dan jikkonferma li meta jikkontestaw wahedhom, dawn il-partiti m’ghandhomx cans jigu eletti fil-parlament.

Jidher li maggoranza kbira tal-poplu Malti tippreferi l-istil ta’ governanza ta’ Joseph Muscat u t-tkabbir ekonomiku minn fatturi ohra bhall-governanza tajba, is-sigurta’, l-ambjent u jekk il-mudell ekonomiku li qabad pajjizna huwiex wiehed sostenibbli. L-istess haseb il-poplu Malti fl-elezzjoni tal-2017.

Dan kollu ghandu jhasseb lil min jixtieq jara Gvern nadif mibni fuq il-governanza tajba. Personalment nemmen li biex dan isehh, jehtieg li jkun hemm iktar ghaqda mill-forzi varji li jezistu fl-oppozizzjoni. Dan jehtieg sforz genwin u matur minn kull naha. Inkella ser jibqa jkun hemm lok ghal iktar sahha ghal Joseph Muscat.

Ma nara xejn hazin li fil-Partit Nazzjonalista hemm min hu iktar liberali u min hu iktar konservattiv. Din id-diverista’ kienet tezisti taht Eddie Fenech Adami u din il-koalizzjoni gabet bidliet storici f’pajjizna. Lanqas ma’ nara xejn hazin li gruppi ta’ attivisti ikunu iktar vicin ta’ xulxin jew li hemm ucuh bi stili differenti. Huwa fatt socjologiku li f’kull organizazzjoni ikun hemm dawn l-affarijiet.

Li hu importanti hu li meta jkun hemm decizzjonijiet demokratici dawn jigu accettati minn kulhadd.  Huwa daqstant important li r-rebbieha jizguraw li l-minoranzi jhossuhom parti mill-organizazzjoni, u li l-minoranzi ghandhom jirrispettaw ir-rieda tal-maggoranza. Id-djalogu, l-immanigjar ta’ interessi u vucijiet differenti, u regoli cari huma essenzjali biex dan isehh. Fi ftit kliem, partit irid ikun unversali bizzejjed li jinkorpora fih elementi u identitajiet partikolari li lesti jahmdu flimkien u li jirrispettaw id-diversita’ ta’ bejniethom.

Imporanti ukoll li jkun hemm rispett reciproku bejn l-oppozizzjoni u s-socjeta’ civili. Dan qeghdin narawh f’oqsma bhall-governanza tajba u l-ambjent, izda jehtieg li jkun hemm investiment ikbar dwar dan minn dawk kollha li jixtiequ bidla fit-tmexxija ta’ pajjizna: l-istess tmexxija li qed tahtaf iktar poter taht idejha, li qed izzarma l-istituzzjonijiet u li qed tbiegh il-wirt komuni permezz ta’ politika bla ruh.

L-istharrig jista’ jaqta qalb dawk li jixtiequ jaraw governanza tajba f’pajjizna. Jista’ jwassal ghal settarjanimzu li jaghti iktar sahha lill-Partit Laburista. Izda stharrig ma jistax jipprevedi mumenti storici li jistghu igibu bidliet kbar. U fost dawk li jwiegbu l-istharrig hemm dawk li ma jaghtux opinjoni: Tajjeb li wiehed jinterpeta l-messagg taghhom ukoll.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 11 ta' Marzu 2018.


No comments: