Sociologist, Local Councillor, Politician from Malta
MEP Candidate - Partit Nazzjonalista (EPP).

Sunday, March 25, 2018

Incineratur ghal wara l-elezzjoni - Michael Briguglio

Il-Maghtab ser ikollu incineratur ta’ 5,000 metru kwadru u b’cumnija twila 70 metru sa’ l-2023. Dan ser jibla’ 40 fil-mija ta’ l-iskart ta’ Malta u ser jipproduci 69,000 mega watt ta’ elettriku fis-siegha minn skart mhux riciklabbli.

Skond artiklu tekniku tal-kumpanija Ingliza Frith Resource Managament, din it-teknologija, maghrufa bhala ‘moving grate combustion’, hija ‘l-ahjar u l-iktar metodu efficjenti ta’ incinerazzjoni fid-dinja’. Total ta’ €100 miljun ser ikunu investiti permezz ta’ public-private partnership u l-emissjonijiet ser ikunu koperti mid-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea dwar emissjonijiet industrijali..

Id-diskors t’hawn jifforma parti min-narrattiva tal-Gvern dwar l-incinerazzjoni. Sa dan it-tant, resident tal-Maghtab huma mhassba dwar kif il-gvern abbanduna pjanijiet precedent u ddecieda li jmur ghall-incinerazzjoni qabel ma jniedi konsultazzjoni wiesgha. Kwistjoni kontrorversjali f’dan ir-rigward hi li ser jinharaq il-plastik u li dan jista’  jkollu impatti negattivi fuq is-sahha tar-residenti.

Il-Gvern qed jinsisti li qieghed jitkellem ma’ esperti dwar dan. Il-Ministru ta’ l-Ambjent Jose’ Herrera dan l-ahhar stqarr li iltaqa’ informalment ma’ esperti, investituti potenzjali, ghaqdiet non-governattivi u politici minn partiti differenti. Qal ukoll li esperti u rapprezentanti ta’ ghaqdiet non-governattivi li jiffurmaw parti mil-kumitat tekniku tieghu taw appoggg ‘unanimu’ ghall-proposta li Malta ghandha bzonn impjant li jittrasforma l-iskart fl-energija.

Kien ikun ahjar li kieku l-Ministru ippublika l-minuti ta’ dawn il-laqghat. Jista’ wkoll jinforma lill-pubbliku kif gew maghzula r-rapprezentanti fuq il-kumitat tieghu, u liema tip ta’ esperti gew ikkunsidrati.

Herrera qal ukoll li ma ltaqax ma’ l-ghaqda tar-residenti ghax ma kienx jaf fejn ser ikun zviluppat l-inceneratur. X’qed izommu milli jiltaqa’ maghhom issa? U x’qed izommu milli jiltaqta’ ma rapprezentanti ta’ lokalitajiet ohra, inkluz kunsilliera, galadarba Malta daqshekk zghira?

Il-Ministru qieghed jiggustifika ukoll il-pozizzjoni tieghu favur inceneratur billi jsostni li qed jiskadi l-hin u spazzju ghal alternattiva ohra. Hawnhekk ghandu punt, specjalment meta l-landfill prezenti aktarx ser tkun intliet sa madwar sentejn ohra.

Izda l-agir tal-Gvern Laburista dwar l-immanigjar ta’ l-iskart mhux qed jghin. Wara li Malta ssiehbet  fl-Unjoni Ewropea gew introdotti numru ta’ inizjattivi pozittivi ghall-immanigjar ta’ l-iskart u minkejja li  ma konniex fost l-ahjar fl-Ewropa, l-affarijiet kienu mixjin il-quddiem. Izda dan it-titjib ma’ giex sostnut fl-ahhar snin.

Il-kumpanija tal-Gvern Wasteserv, li tinkorpora fiha nies professjonali u dedikati, qed isservi ukoll ta’ agenzija li timpjega n-nies specjalment minn kostitwenzi ministerjali. Inizattivi gew imnedija fil-passat, bhal dik tal-green leaders fic-civil gew abbandunati, u kuntratti pubblici ma jaghtux bizzejjed importanza lill-ambjent.

Il-Gvern mhux qed jaghmel bizzejjed biex inaqqas, jerga’ juza u jirrickla l-iskart, u r-retorika dwar ekonomija cirkulari mhux qed tigi implimentata. Per ezempju, skart mill-kostruzzjoni, li jammonta ghal 85 ta’ l-iskart tal-pajjiz, mhux qed jerga’ jigi uzat .Hafna skart mill-kummerc mhux qed jigi riciklat.

Istituzzjonijiet pubblici kbar u zoni bhall-bajjiet huma nieqsa minn immanigjar ta’ l-iskart sostenibbli. Il-kunsilli lokali qed jaraw l-awtorita’ taghhom tinhataf f’idejn il-poter centralizzat tal-Ministri. Jekk dawn il-prattici jippersistu, il-Gvern ikun gab b’idejh falliment li jwassal ghall-incinerazzjoni.

Il-Gvern Laburista ghandu jigi mistoqsi dwar il-politika ta’ l-incinerazzjoni. X’qed ifisser b’public-private partnership? Gejja xi esperjanza ohra bhal tal-Vitals? Ser ikun hemm konnessjonijet dubjuzi bhal ma gara f’processi ohra ta’ privatizazzjoni? Il-Gvern ser jikkummisjona rapport dwar it-tniggiz u impattti ohra ambjentali, socjali u ekonomici? Jezistu diga’ dawn ir-rapporti?

L-ahhar u mhux l-inqas, ghalfejn il-Gvern kellu jistenna li tghaddi l-elezzjoni generali biex ihabbar incineratur? U ghalfejn l-incineratur ser ikun lest wara l-elezzjoni generali li jmiss?

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 25 ta' Marzu.

No comments: