Sunday, February 18, 2018

Tibdil kostituzzjonali f'pajjiz inqas liberali - Michael Briguglio

Il-Mument, 18 ta' Frar 2018

Fil-letteratura akkademika dwar sistemi politici, kemm il-darba jissemew erba’ tipi ta’ sistemi politici fis-socjetajiet kontemporanji.  Tnejn minnhom huma demokratici, u t-tnejn l-ohra m’humiex.

Is-sistema demokratika-liberali hi dik li tinstab fl-hekk imsejha pajjizi tal-punent. Dawn jinkludu pajjizi bhall-Germanja, l-iStati Uniti, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Italja u ohrajn. Gvern qatt m’ghandu poter assolut minhabba li jezistu provvisti u istituzzjonijiet li jipprotegu d-drittijiet politici, civili u socjali ta’ l-individwu. Il-qrati, l-istampa u s-socjeta’ civili huma awtonomi.

Jezistu pajjizi ohrajn li huma demokratici izda huma illiberali. Dawn jinkludu r-Russja, it-Turkija u l-Venezwela. Hawnhekk jezistu elezzjonijiet, izda kemm il-darba isiru b’mod li jiffavorixxu lill-partit fil-Gvern. Nghidu ahna jigu arrestati esponenti ta’  l-oppozizzjoni, u jigu mxekkla l-liberta’ ta’ l-istampa, u s-socjeta’ civili. Il-qrati jidhru li huma ghodda ta’ l-istat u d-drittijiet tal-minoranzi huma ssagrifikati ghall-omnipotenza ta’ l-istat.

Hemm xebh f’bosta oqsma bejn demokraziji illiberali u pajjizi awtoritarji. Dawn ta’ l-ahhar jinkludu  c-Cina u Kuba fost l-ohrajn. L-ikbar differenza bejn iz-zewg sistemi hi li f’pajjizi awtoritarji l-elezzjonijiet jippermettu partit wiehed biss biex jikkompeti, u l-istat huwa iktar suprem minn dak ta’ demokraziji illiberali.

L-iktar Sistema oppressiva hija dik totalitarja, li tinstab f’pajjizi bhall-Korea ta’ Fuq u l-Eritrea. Hawnhekk kull qasam tal-hajja hi kkontrollata mill-istat u ma tezisti l-ebda forma ta’ liberta’.

Jezistu wkoll modi iktar sofistikati ta’ kif nistghu nanalizzaw sistemi politici, fejn fost l-ohrajn wiehed jista’ jara differenzi anke bejn pajjizi b’sistemi simili ghal ta’ xulxin.

Ezempju tajjeb huwa l-ktieb ‘The State: Past, Present, Future’ (2016), fejn is-socjologu Bob Jessop jipproponi metodu ta’ kif nistghu nanalizzaw sistemi politici. Fost affarijiet ohra jenfasizza li l-istat m’huwiex Sistema statika u monolitika izda huwa l-prodott ta’ relazzjonijiet u kontradizzjonijiet socjali, politici u ekonomici.

F’parti mill-ktieb, Jessop jirreferi ghal kitba ta’ socjologu iehor, Nicos Poulantzas, f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ ‘Stati Normali’ u ‘Regimi Eccezzjonali’.

Dawk ta’ l-ewwel jinkludu demokrazija liberali u elezzjonijiet hielsa; it-trasferiment tal-poter b’mod stabbli u skond il-ligi; pluralita’ ta’ ideologiji li huma relattivament indipendenti mill-istat, is-separazzjoni tal-poter, u c-cirkolazzjoni flessibli tal-poter.

Dawk ta’ l-ahhar kultant jissospendu l-elezzjonijiet, m’ghandhomx metodi legali ta’ kif jista’ jigi ttrasferit il-poter, u huma karatterizzati minn ideologija ta’ l-istat u mill-koncentrazzjoni tal-poter.

Kemm Jessop u Poulantzas jirreferu ukoll ghall-‘Statizmu Awtoritarju’, fejn il-partit maggoritarju – anke f’demokrazija liberali - isir il-partit ta’ l-istat u b’hekk il-poter jigi iktar ikkoncentrat.

Din it-tip ta’ analizi politika tista tghinna biex nevalwaw dak li qed jigri f’pajjizna. Formalment, Malta hi demokrazija liberali, u s-shubija fl-UE hi xhieda ta’ dan.  Izda bhal ma qed jigri f’pajjizi bhall-Ungerija u l-Polonja, hemm bosta fatturi li ma jistghux jitqiesu  bhala liberali.

Fost l-ohrajn, dan jinkludi l-fatt li s-separazzjoni tal-poter hija limitata u li l-Partit fil-gvern qed jahtaf kollox taht idejh u qed jipprova jwettaq tibdil strutturali li jista’ jkollhom implikazzjonijiet ghal generazzjonijiet tal-futur.

Ghalhekk, meta nisimghu lill-Prim Ministru Joseph juza diskors popolist dwar tibdil kostituzzjonali, ghandna noqoghdu b’seba’ ghajnejn. Fost affarijiet ohra ghandna nizguraw li kull process ikun verament miftuh u demokratiku, u ma jkunx manipulat mill-partit fil-gvern. Ghandna nizguraw ukoll li jekk isir referendum, dan isir biss wara u jekk ikun hemm qbil ta’  milll-inqas zewg terzi tal-parlament dwar dak li qed jigi propost.

Joseph Muscat qed jghid li mhux ser johrog ghall-elezzjoni li jmiss. Izda din qaluha wkoll politici ohra f’pajjizi mhux daqshekk demokratici. Irrizulta li wara hatfu iktar poter taht idejhom.