Sunday, February 25, 2018

Is-sahha mentali jixirqilha d-dinjita’ - Michael Briguglio

F’Malta is-sahha mentali ghadha tabu’ socjali, minkejja li qed tkun iktar vizibli fl-isfera pubblika.

Tajjeb nirrikonoxxu li l-media mhux necessarjament tirraprezenta realtajiet socjali differenti, u meta taghmel dan mhux neccessarjament tirraprezenthom b’mod realistiku.

Filwaqt li hu pozittiv li persuni kuragguzi jitkellmu b’mod miftuh dwar il-problemi personali taghhom dwar sahha mentali, huwa daqstant importanti li l-media ma tibbanalizzax dawn l-argumenti izda li tipprova teduka dwar il-bzonn ta’ politika serja u assistenza professjonali. Dan jghodd ghall-partiti politici ukoll. Importanti li jkun hemm politika serja u umana, u mhux wahda sensazzjonalista.

Hemm nies li ma jitkellmux dwar is-sahha mentali ghal bosta ragunijiet, fosthom biza’ ta’ stigma u nuqqas ta’ gharfien. Hemm min jirrifjuta assistenza anke meta din tkun neccessarja. Hemm min m’huwiex konxju li ghandu bzonn assistenza. Fuq livell iktar generali, forsi pajjizna ghadu mhux matur bizzejjed li jiddiskuti l-importanza rispettiva ta’ dixxiplini bhall-psikologija u l-psikjatrija.

L-isptar Monte Karmeli huwa monument li jirraprezenta fallimenti kbar fil-politika dwar is-sahha mentali. Kemm il-darba intuza ghal skopijiet politici permezz ta’ nepotizmu, tpattija u inkompetenza. Dan l-ahhar inqalghu incidenti koroh fosthom suicidju ta’ pazjent li harab mill-isptar.

Il-Kummissarju tas-Sahha John Cachia u unjins li jirraprezentaw haddiema ta’ l-isptar kemm il-darba tkellmu dwar il-problemi kbar li hemm f’Monte Karmeli, izda l-Gvern jidher li mhux qed jaghti wisq importanza ghal din il-kritika gustifikata u kostruttiva.

Il-bini qed jaqa’ bicciet u hemm nuqqas ta’ dinjita’ kemm ghall-pazjenti u l-haddema. Il-kap ezekuttiv ta’ l-isptar m’huwiex kwalifikat fil-qasam u jidher li tpogga hemm minhabba l-lealta’ tieghu lejn il-Partit Laburista.

Tajjeb li l-oppozizzjoni, is-socjeta’ civili u l-istampa ikomplu jsaqsu mistoqsijiet dwar x’inhu jigri f’Monte Karmeli u fil-politika dwar is-sahha mentali. Fost ohrajn, importanti li s-socjeta’ Maltija tkun taf jekk hemmx immanigjar ta’ riskji b’mod professjonali. Jekk is-supervizjoni tal-pazjenti hijiex immanigjata u awditjata kif suppost. Jekk l-irwoli fl-isptar humiex jigu assenjati fuq bazi ta’ kompetenza jew fuq bazi partiggjana. Tajjeb ukoll li l-Gvern jibqa’ jigi mistoqsi dwar in-nuqqas ta’ haddiema fl-isptar u dwar id-drittijiet tal-pazjenti.

Pajjizna ma jistax jibqa’ jittratta is-sahha mentali bhala qasam politiku tat-tieni klassi, u m’ghandniex naccettaw li s-sistema pubblika tas-sahha mentali tkun wahda ta’ kastig, biza’ u nuqqas ta’ dinjita’.

Nibqa’ dizappuntat li dawk li huma responsabbli ghall-politika dwar is-sahha mentali jibqghu jipprokastinaw permezz ta’ diskors burokratiku u skuzi ohra. Il-persuni li ghandhom problem ta’ sahha mentali jixirqilhom ahjar.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 25 ta' Frar 2018.