Wednesday, January 03, 2018

Partiti u Movimenti - Michael Briguglio

Il-Mument, 7 ta' Jannar 2017

Meta l-Partit Nazzjonlista iddecieda li jxolji l-Forza Nazzjonali, ghamel l-ahjar ghazla fic-cirkostanza.

Il-Forza sfat telliefa fl-elezzjoni generali, u avolja l-idea ta’ koalizzjoni ghal governanza tajba kienet wahda f’waqtha, wiehed ma jistax jinjora r-rizultat li inkiseb.

Teoretikmant, izda, il-Forza Nazzjonali setghet topera ukoll bhala koalizzjoni fl-oppozizzjoni. Pero’ fil-verita’, l-atitudni ta’ Marlene Farrugia wara l-elezzjoni generali ma ghenet xejn biex dan isehh.

Dan ghaliex ftit jiem wara l-elezzjoni generali, hi uriet l-interess li ssir mexxej tal-Partit Nazzjonalista waqt li kienet fl-Partit Demokratiku. Wara li dan ma kienx possibli, ghamlet minn kollox biex tiskredita l-kampanja ghall-ghazla ta’ mexxej gdid tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk kisret il-fiducja li ezistiet bejn iz-zewg nahat.

Ta’ min wiehed ifakkar li din kienet l-iktar kampanja miftuha u demokratika li qatt saret ghal mexxej ta’ partit politiku f’Malta. Differenti hafna minn kif saru l-affarijiet fil-partit ta’ Marlene wara l-elezzjoni generali.

Nittama li Marlene Farrugia taghraf li zbaljat bl-atitudni taghha u li tkun iktar kostruttiva fil-kontribuzzjoni taghha fil-parlament ta’ Malta. Per ezempju, bhala gest ta’ rieda tajba u ta’ konvinzjoni soda, nittama li hi u Godfrey Farrugia jappoggjaw il-proposta’ tal-Partit Nazzjonalista sabiex iz-Zonqor jinghata lura lill-poplu Malti. Ovjament, nittama wkoll li l-membri parlamentari Laburisti jaghmlu l-istess.

Nittama wkoll li jkun hemm ukoll hidma kongunta fuq materji ohra, skond il-kas, kif stqarr l-istess Partit Nazzjonalista meta xolja lill-Forza Nazzjonali.

Din it-tip ta hidma tista’ ssir ukoll mill-Partit Nazzjonalista ma’ korpi kostitwiti, ghaqdiet mis-socjeta’ civili u ohrajn. Hekk ghamel il-Partit meta mexxa l-moviment li permezz tieghu Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea. U l-Partit Laburista tghallem min din l-istrategija fil-kisbiet ta’ bosta drittijiet civili.

Hekk kif il-Partit Nazzjonalista qed jibni l-istrategija tieghu ghall-isfidi elettorali li gejjin, nemmen li ghandu jizgura li jkun il-vuci per ezempju ta’ dawk li jemmnu fil-governanza tajba, li jixtiequ li pajjizna jkun wiehed fejn tirrenja n-normalita’ bhala msieheb fl-Unjoni Ewropea. U ghalhekk, il-Partit ghandu jahdem fil-qrib ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba f’dan ir-rigward.

U halli nghiduha kif inhi: Jekk irridu l-governanza tajba din tista’ tigi biss jekk ikun hemm mandat elettorali ghaliha. Huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jgheleb lill-Partit Laburista u jpoggi din il-materja fuq l-agenda nazzjonali.

Movimenti socjali li jahdmu fis-socjeta’ civili ghal dan il-ghan huma importanti hafna, ghax iqajmu kuxjenza, jimmoblizzaw lin-nies u jghafsu ghal bidliet. Izda l-istorja turi li dawn ikunu effettivi meta jahdmu flimkien ma’ partiti politici, li fl-ahhar mill-ahhar ghandhom il-jedd li jiggvernaw.

Barra minn hekk, bosta ghaqdiet li jkunu iffukati fuq materja wahda isibuha difficli jsostnu lilhom infushom f’kampanji twal. U c-cittadini jiddeliberaw fuq bosta kwistjonijiet fil-hajja ta’ kuljum. Lil’hinn mill-movimenti socjali, hemm ghexieren ta ‘eluf ta’ kostitwenti li l-vot taghhom hu importanti daqs dak ta’ l-attivisti, anke jekk il-vuci taghhom hija inqas vizibli fl-ahbarijiet.