Sociologist, Local Councillor, Activist from Malta

Monday, January 29, 2018

Il-Liberta’ ta’ l-Espressjoni taht Gvern bla ruh - Michael Briguglio

Stampa: Keith Haring - TV man with barking dog (1983)
Il-Mument, 29 ta' Jannar 2018

Pajjizna jippermetti li toffendi r-religjon, izda ma jippermettix li tikkrikita lil Pilatus Bank jew lil Henley and Partners.

Din hija wahda mill-kontradizzjonijiet li nghixu kuljum taht il-Gvern ta’ Joseph Muscat, gvern li jilliberalizza kollox sakemm ma jolqotx lill-oligarkija. Filfatt, filwaqt li l-offiza tal-villipendju hija dekriminalizzata, l-istess ligi ta’ Malta ma tipprotegix gurnalisti li qed jaghmlu xogholhom minn theddid ta’ kumpaniji kbar.

Hekk gara meta l-Bank Pilatus u Henley and Partners hadu azzjoni kontra gurnalisti u gazzetti indipendenti li kienu qed jinvestigaw kwistjonijiet rispettivi bhall-Panama Papers u l-bejgh tac-cittadinanza.

Ghalhekk huwa importanti li ftit tal-granet ilu giet immressqa private member’s bill parlamentari appoggjata mill-Partit Nazzjonalista. Din tipproponi li kazi legali internazzjonali maghrufin bhala ‘SLAPP’ kontra gurnalisti Maltin ma jintuzawx bhala ghodda kontra l-liberta’ ta’ l-espressjoni. Dan ifisser li jekk dan it-tip kaz jintrebah barra, m’ghandux jigi ezegwit f’Malta. Ir-raguni hi li dawn il-kazijiet kemm il-darba jigu imposti spejjez legali esorbidanti fuq il-gurnalisti li jibqghu minghajr l-ebda ghazla hlief li jirtiraw dak li kitbu minhabba l-ispejjez legali.

Ghalhekk, dak li qed tipproponi l-oppozizzjoni Nazzjonalista tipprotegi lill-gurnalisti Maltin permezz ta’ ligi nazzjonali kontra din it-tip ta’ manuvra.

Ghandna nkunu grati lejn gurnalisti li qed jaghmlu xogholhom u jinvestigaw kazijiet ta’ korruzzjoni, governanza hazina u materji ohra ta’ interess pubbliku. L-istess ghandna nghidu ghall-attivisti u politici li jahdmu f’dan ir-rigward.

Ezempju kurrenti huwa l-MEP David Casa li bhala rapprezentant tal-Maltin fil-Parlament Ewropew, qieghed jimpenja ruhu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Il-Parlament Ewropew m’huwiex ‘taghhom l-Ewropej’ bhal ma jipprova jghidilna Joseph Muscat b’mod popolist. Il-Parlament Ewropew huwa taghna l-Ewropej, ghaliex ahna Maltin u Ewropej. U nzid li imnalla qeghdin fl-Unjoni Ewropeja, ghaliex li kieku bqajna barra kien ikun hemm wisq iktar opportunita’ biex ikun hemm abbuz tal-poter u korruzzjoni.

Irrid infakkar li ghaddew iktar minn 100 jum mill-qtil brutali tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, qtil li jirraprezenta l-ikbar attakk possibli fuq il-liberta’ ta’ l-espressjoni. Daphne kixfet bosta kazijiet ta’ korruzzjoni u kriminalita’ organizzata.

Nafu li gew arrestati tliet minn nies b’knnessjoni mal-bomba li qatlitha, izda jidher ma sar l-ebda progress minn hemm il-hawn.  Sa llum ma hemm l-ebda hjiel li l-awtoritajiet identifikaw lil min ikkummisjoni, ippjana jew orkestra dan il-qtil.

Ghahekk il-Council of Europe Platform for the Promotion of Journalism, u numru kbir ta’ ghaqdiet internazzjonali dwar il-liberta’ ta’ l-espressjoni u l-governanza tajba qed ikomplu juru t-thassib dwar is-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u l-protezzjoni tal-gurnalisti f’pajjizna.

Sfortunatament il-magna tal-propaganda tal-Gvern ta’ Joseph Muscat tipprova taghmel minn kollox biex turi stampa ohra. Tipprova tnessina mill-panama papers u mill-iskandli relatati mal-bejgh tal-gid komuni. 

Tipprova tnessina minn nuqqasijiet tal-Korp tal-Pulizija, li jibqa’ ma jinvestigax kwistjonijiet bhall-Panama Papers.  Tipprova tnessina mit-thassib tal-Prim Imhallef u ta’ l-Ombudsman dwar in-nuqqas ta’ kollaborazzjoni ta’ l-Avukat tal-Gvern u l-Pulizija mal-qrati.

Malta hi mmexxija minn gvern li jitkellem dwar il-liberta’ izda li jipprova jaghlaq halq dawk li jfittxu l-verita’ dwar il-korruzzjoni u l-kriminalita’ organizzata.

Ghandna Prim Ministru li jiftahar bl-ikbar arroganza li jirreagixxi biss ghal kummenti ta’ Prim Ministri. Prim Ministru li jahseb li maggoranza elettorali ittih drittijiet divini li jigu l’fuq mis-saltna tad-dritt.

Ghandna Prim Ministru li jibbaza l-poter tieghu fuq politika ta’ patrunagg, ta’ pjaciri, ta’ xejn m’hu xejn: l-aqwa li nakkwistaw il-voti u naqdu l-interessi ta’ oligarkija.

Il-liberta’ ta’ l-espressjoni f’pajjizna hi kompromessa minn Gvern bla ruh. Izda l-ebda gvern ma jezisti ghal dejjem, u ghalhekk ghandna nuzaw lehhinna biex nikkonfermaw dan il-fatt.





No comments: