Sociologist from Malta

Monday, November 20, 2017

Saqsi lill-Prim Ministru - Michael Briguglio


Il-Mument, 19 ta' Novembru 2017

Skond il-Prim Ministru Joseph Muscat, dan hu gvern li jisma’. Dan hu gvern li qed itina l-aqwa zmien, u huwa gvern taghna lkoll.

Fl-ahhar elezzjoni generali il-maggoranza tal-poplu Malti eleggiet lill-Partit Laburista u ghalhekk, Joseph Muscat qed jghid li ghandu l-mandat ikompli bil-programm tieghu.

S’hawnhekk forsi kollox sew. Izda d-demokrazjia ma tibdiex u tispicca biss bl-elezzjonijiet generali. Hemm differenza bejn demokraziji liberali u dawk illiberali. F’dawk ta’ l-ewwel, il-poter huwa dicentralizzat, u f’dawk ta’ l-ahhar huwa centralizzat. F’dawk ta’ l-ewwel, tezisti s-saltna tad-dritt, u f’dawk ta’ l-ahhar, l-oligarkija ghandha sahha fuq kollox u kulhadd. F’dawk ta’ l-ewwel hemm ‘checks and balances’ bhall-istituzzjonijiet awtonomi mill-gvern, u f’dawk ta’ l-ahhar l-istituzzjonijiet jipprotegu l-gvern qabel lic-cittadin.

L-Ingilterra, Franza, il-Germanja u l-Istati Uniti huma ezempji ta’ demokraziji liberali, filwaqt li r-Russja, it-Turkija, Singapore u l-Venezuela huma ezempji ta’ demokraziki illiberali. F’dawn ta’ l-ahhar, kritici tal-Gvern jistghu jistennew trattament hazin, u kemm il-darba naqraw x’jigri lill-gurnalisti, attivisti tas-socjeta’ civili u politici ta’ l-oppozizzjoni f’dawn il-pajjizi.

Minn naha l-ohra, it-tlett karateristici bacizi ta’ demokrazija liberali huma regolati bil-kostituzzjoni u l-ebda maggoranza elettorali m’ghandha d-dritt li tfarrakom. Inkella tkun maggoranza bhal ta’ Erdogan fit-Turkija, li qed isir iktar awtoritarju bil-gurnata.

Allura Malta x’tip ta’ demokrazija hi? Il-fatt li pajjizna huwa membru ta’ l-Unjoni Ewropea jfisser li qed nghixu f’demokrazija liberali. Hemm aspetti tal-governanza fejn pajjizna miexi l-quddiem, bhal nghidu ahna d-drittijiet ta’ minoranzi. Izda hemm aspetti ohrajn fejn sejrin lura bhal granc, u l-vot massiv tal-Parlament Ewropew dwar Malta ftit tal-granet ilu u xhieda ta’ dan.

Jien kburi li l-Unjoni Ewropea taghna qed tiehu azzjoni dwar Malta taghna, favur is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba, u kontra l-korruzzjoni u l-krizi ta’ l-istituzzjonijiet. Tajjeb nimmaginaw x’kien jigri minn pajjizna kieku ma dhalniex fl-Unjoni Ewropea. Forsi Joseph Muscat kien jithajjar imur pass oltre minn dak li hu ghaddej issa. Ma kien ikun hemm l-ebda Parlament Ewropew li jigbidlu widnejh. U l-oligarkija kien ikollha iktar liberta’ taghmel li trid.

Ghalhekk, galadarba Joseph Muscat qed isostni li l-Gvern tieghu hu wiehed li jisma’, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili ħabbret inizjattiva f’dan ir-rigward.

Il-pubbliku qed ikun mistieden jagħmel mistoqsijiet lill-Prim Ministru dwar il-governanza u s-saltna tad-dritt. Dan jista’ jsir permezz ta’ formola online li tinstab fuq il-pagni tal-Facebook u tat-Twitter tan-Netwerk.


In-Netwerk ser jaġixxi ta' punt ta' kuntatt pubbliku sabiex dawk li jagħmlu mistoqsijiet ma jkollhomx għalfejn juru l-identità tagħhom. Imbagħad il-mistoqsijiet isiru pubblikament lil Joseph Muscat.

Peress li l-Prim Ministru bblokkja lin-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili mill-profile tiegħu ta' Twitter, ser nużaw mezzi oħrajn biex nagħmlulu mistoqsijiet.

Sadanittant, għadda iktar minn xahar mill-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia, u għad m'hemm l-ebda sinjal ta' ġustizzja. L-arloġġ tal-ġustizzja tan-Netwerk għadu għaddej, u dan jinstab fuq http://www.csnmalta.com/

Prim Ministru Joseph Muscat, forsi dan hu l-aqwa zmien ghall-partit tieghek u ghal dawk li qed igawdu mill-istil tal-governanza tieghek. Izda jekk verament tirrispetta n-normi bazici ta’ demokrazija liberali, tajjeb li twiegeb il-mistoqsijiet genwini li jsiru mill-pubbliku. U tajjeb li r-risposti jkunu genwini.


No comments: