Sunday, November 26, 2017

Riforma Kostituzzjonali - Michael Briguglio

Il-Mument, 26 ta' Novembru 2017

Il-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia u l-protesti sussegwenti organizzati min-Netwerk tas-Socjeta’ Civili, mill-Occupy Justice u mill-Kenniesa tal-Kabinett waslu biex jigi accelerat il-process tar-riforma kostituzzjonali f’Malta. L-oppozizzjoni Nazzjonalista kellha u ghandha rwol ewlieni f’dan il-process permezz tal-pozizzjonijiet parlamentari li qed tiehu.

Nittama li r-riforma kostituzzjonali ma tintuzax bhala paraventu mill-gvern biex jipprova jnessina minn kwistjonijiet urgenti bhall-kolass ta’ istituzzjonijiet bhall-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Gvern.

Nittama wkoll li r-riforma kostituzzjonali tiffoka li jigu msahha ic-‘checks and balances’ bejn it-tliet organi ta’ l-istat: il-legislattiv, l-ezekuttiv u l-gudikatura.

L-ikbar sfida f’dan ir-rigward hi s-sistema politika fejn il-partit fil-gvern ghandu l-opportunita’ li jahtaf kollox taht idejh, u li awtoritajiet li suppost huma indipendenti jispiccaw immexxija minn nies servili ghall-Ministri.

Kull partit fil-gvern inqabad f’din in-nassa b’xi mod jew iehor, izda kien hemm gvernijiet fejn dan kollu sar b’mod ezagerat. Nistghu insemmu l-Gvernijiet Laburisti ta’ qabel l-1987, u l-Gvern Laburista prezenti bhala l-iktar ezempji cari. Il-Gvern prezenti ta’ Joseph Muscat sahansitra huwa ibbazat fuq stil ta tmexxija fejn dawk ta’ fuq igawdu impunita’ ghall-korruzzjoni u decizzjonijiet xejn trasparenti. Il-korruzzjoni m’ghadiex l-eccezzjoni: saret prerekwizit tal-Gvern.

Kif qal tajjeb Giovanni Bonello, fit-Times of Malta fis-7 ta’ Novembru li ghadda,

 “A country cannot claim to follow the rule of law when all the prosecuting authorities are controlled and muzzled, when the judiciary is packed with party inepts, when the police force employs convicted criminals, when impunity is guaranteed for anyone on the right side of the political fence, when court-certified felons are promoted, when prosecutions are sabotaged and when those who try to follow up political corruption are battered, when the voice of protest is silenced in a blast of Mafia.”

Ghalhekk nappella sabiex ir-riforma kostituzzjonali tkun verament genwina u li persuni ta’ rieda tajba fil-Gvern ta’ Muscat ma jippermettux li anke din tigi korrotta.

Ghandu jkun hemm enfasi fuq djalogu u sens civiku. Il-process ghandu jinvolvi lis-socjeta’ civili, il-partiti politici, akkademici u esperti kostituzzjonali, kif ukoll vucijiet ohra varji fis-socjeta’ Maltija.

Fuq kollox, dawk li jmexxu ir-riforma kostituzzjonali ghandhom ikunu nies ta’ integrita’, onesta u li jgawdu fiducja wiesgha fis-socjeta’ Maltija. Il-process ghandu jkun suggett ghal skrutinju demokratiku. Per ezempju, jista’ jkun approvat permezz ta’ maggoranza ta’ zewg terzi tal-parlament u referendum nazzjonali.

L-oppozizzjoni parlamentari u ekstra-parlamentari, is-socjeta’ civili u l-media ghandhom ikunu ghassa li l-Gvern ma juzax ir-riforma ghal skopijiet partiggjani. Nistennew u naraw. U jekk inkunu konvinti, nippartecipaw.