Sociologist from Malta

Monday, October 30, 2017

Il-kitba waqt inkubu - Michael Briguglio


Il-Mument 29 ta' Ottubru 2017

Malta bhalissa qed tghix inkubu. BIl-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, pajjizna qabez kull limitu u ma nistghux nibqghu sejrin hekk. Qed nghixu krizi istituzzjonali, fejn l-istat qed jonqos milli jipprotegina mill-korruzzjoni, mill-vjolenza u mil-kriminalita’.

F’pajjizna rega’ hawn il-biza’. Biza’ mil-bulijiet li qed jaghmlu li jrdu. Biza li jkun hawn iktar karozzi bombi li jisplodu. Biza’ li l-hasil tal-flus u l-bejgh tal-passapori jkollhom riperkussjonijiet koroh fuq il-fibra socjali.

U hawn insaqsi lili nnifsi: Dwar xiex ghandi nikteb meta pajjizna ikun ghaddej minn din it-tip ta’ krizi?

Meta nikteb fil-gazzetti u fuq il-media socjali, generalment naghzel temi li jkunu topici u li ghandhom x’jaqsmu mal-politika socjali, l-ambjent, governanza, materji internazzjonali, kultura, ekonomija u temi ohrajn.

Fl-artikli nipprova nqajjem mistoqsjiet, nanalizza xi jkun ghaddej, u nevalwa possibilitajiet li jistghu itejbu dak li jkun ghaddej. Gieli s-suggetti ikunu topici – bhal nghidu ahna il-bagit, u gieli jkollhom iktar x’jaqsmu ma’ materji li jehtiegu dibattitu fuq medda itwal ta’ zmien, bhal nghidu ahna, l-ambjent marittimu u s-socjeta’.

Izda meta l-pajjiz ikun ghaddej minn krizijiet, donnu kollox jieqaf. Ikun difficli hafna li tahseb dwar materji li m’humiex konnessi direttament mal-krizi.

Meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers, hekk kien gara. Ma’ kull jum bdew hergin iktar ahbarijiet li bdew juru kif persuni prominenti fil-Gvern Laburista kienu implikat f’dan l-iskandlu. U allura ma kellix ghazla hlief li nikkummenta dwar dan is-suggett.

Issa pajjizna esperjenza il-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan sar f’kuntest fejn l-istituzzjonijiet ma tawx il-protezzjoni mehtiega. Qisna qeghdin go inkubu. Hafna minna ghadna taht xokk, u ma nistghux nikkoncentraw dwar affarijiet ohra. Irridu l-gustizzja.

U l-gustizzja m’hijiex biss li jinstab il-qattiel. B’gustizzja qed nifmhu li l-istituzzjonijiet jerghu igawu l-fiducja mic-cittadini. Qed nifmhu li jinhatru kummisarju tal-pulizija u avukat tal-gvern godda, b’approvazzjoni ta ‘zewg terzi tal-parlament.

Il-fatt li pajjizna qed jghix dan l-inkubu jfisser li ma nistghux nikkoncentraw fuq kwisjonijiet li normalment jigu diskussi fil-politika: il-prekarjat, il-pensjonijiet, is-sostenibilita’, il-kwalita’ ta’ l-arja, l-immigrazzjoni, ir-riforma elettorali, it-trasport, u elf haga ohra.

Dan kollu joffri dilemma kbira lil min bhali jikteb regolarment. Iktar ma nitkbu dwar il-krizi, inqas ma niktbu dwar il-materji l-ohra. U inqas ikun hemm  diskussjoni dwarhom.


Ghalhekk, l-inkubu li qed nghixu fih qieghed jissofoka n-normalita’ demokratika : dik in-normalita’ li tinkudi djalogu miftuh, serhan tal-mohh, u fiducja fl-istituzzjonijiet.

No comments: