Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Sunday, October 08, 2017

Gvern li jbigh kollox - Michael Briguglio


Il-Mument 8 ta' Ottubru 2017

Hemm bosta ragunijiet li jistghu jispjegaw ir-rebha tal-Partit Laburista fl-ahhar elezzjoni generali.

Wiehed jista’ jsemmi s-sitwazzjoni ekonomika, il-karizma ta’ Joseph Muscat, kif ukoll politika li laqghet it-talbiet ta’ bosta gruppi socjali. Wiehed jista’ jghid ukoll li ghal numru mdaqqas ta’ votanti, il-korruzzjoni m’hijiex l-iktar kwistjoni importanti, sa kemm il-hajja ta’ kuljum taghhom tibqa’ ghaddejja.  Hemm ukoll ragunijiet assocjati ma’ l-istrategija tal-Partit Nazzjonalista. Jista’ jkun li l-emfasi fuq il-korruzzjoni, u specjalment fuq il-kwistjoni egrant, poggiet fil-genb kwistjonijiet ohra li jolqtu direttament votanti differenti.

Izda wara kulhadd huwa gharef, u jien l-ewwel wiehed li naqbel li l-Partit Nazzjonalista kellu jaghmel emfasi fuq il-fatt li pajjizna ghandu l-iktar gvern korrot fl-istorja politika tieghu. Nemmen li l-Partit ghandu jibqa jiggieled il-korruzzjoni waqt li fl-istess hin jemfasizza kwistjonijiet ohrajn u jkun iktar vicin in-nies, per ezempju permezz ta’ politika lokalizzata.

Il-korruzzjoni tal-Gvern Laburista m’ghandiex x’taqsam biss mal-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma involuti fl-iskandlu globali ta’  korruzzjoni tal-Panama Papers. L-anqas m’ghandu x’jaqsam biss ma’ kwistjonijiet bhall-Kafe’ Premier, Gaffarena jew decizzjonijiet tal-Gvern li qed jirregalaw il-flus lill-Partit Laburista.

Il-korruzzjoni hija sintomu ta’ Gvern li jpoggi l-allat tal-flus u l-konvenjenza l-ewwel u qabel kollox, fejn kollox hu ghal bejgh.  Jidher li t-tajjeb u l-hazin qed jigu relativizzati skont il-konvenjenza politika. Il-kuncett ta’ cittadini informati li ghandhom drittijiet u dmirijiet qed jigi mwarrab favur kuncett fejn kollox hu permissibli sakemm jaqbel lill-Gvern Laburista.

Hawnhekk tajjeb li nsaqsu mistoqsijiet essenzjali ghal politika f’pajjizna llum. Fejn ghandna naqtghu linja bejn it-tajjeb u l-hazin? Il-liberta’ ta’ l-individwi ghandha tkun assoluta, jew ghandha tintizen mal-liberta’ ta’ individwi ohra? Ahna sempliciment konsumaturi li rridu kollox fl-immedjat, jew cittadini b’responsabilitajiet lejn haddiehor ?

Nemmen li l-Gvern Laburista qieghed juza strategija ta’ seduzzjoni politika li permezz taghha jwieghed certi libertajiet minghajr ma jqis il-kuntest kollu. Kemm il-darba qieghed ibaxxi standards etici, socjali u ambjentali u jappella ghall-egoizmu qabel il-gid komuni.

Per ezempju, dan il-Gvern qieghed jiffavorixxi l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni. Qed johorgu permessi ta’ mwejjed u siggijiet fuq art pubblika minghajr ma jikkonsidra kwistjonijiet bhas-sigurta’, l-access u l-parkegg. Qieghed johrog permessi fuq art ODZ li qed inaqqru il-pajsagg Malti. Qed ikun kajman hafna fuq kwistjonijiet bhall-immanigjar ta’ l-iskart u ta’ l-ilma.

Il-Gvern Laburista qieghed ukoll jipproponi diskors li jikkummercjalizza il-gisem uman. Fil-media Laburista donnha qed tinbiegh l-idea li tajjeb ikun hemm suq liberalizzat tal-prostituzzjoni. Dan fl-istess hin li pajjizna diga qieghed jissemma min agenziji internazzjonali li huwa centru ta’ traffikar tan-nies. Bil-‘feminizmu’ kollu tieghu, dan il-gvern qed jaghlaq ghajnejh ghal dan. Ikun ahjar li pajjizna jadotta politika li xxekkel - u mhux li tinkoragixxi -  il-prostituzzjoni.

Politika ohra, bhal dik tas-surrogacy, qed tigi mlahhma biss fuq diskors li mhux neccessarjament qed taghti kas id-drittijiet tat-tfal u kwistjonijiet etici. Huwa tajjeb li l-guf tal-mara jinkera ghal haddiehor? Fl-opinjoni tieghi, le.

Tajjeb niftakru wkoll li l-Gvern Laburista qieghed ibiegh ic-cittadinanza Maltija, u dan b’mod xejn trasparenti. Ma nafux x’qed isir mil-flus, izda hemm suspett qawwi li hemm min qed jigwadanja gmielu minnhom filwaqt li l-Gvern kiseb mezz xejn nadif biex jisseduci votanti. Din l-industrija qieghda wkoll tikkontribwixxi biex joghlew il-kirjiet tal-propjeta’ f’pajjizna.

Il-mentalita’ kummercjalista tal-Gvern Laburista hija bbazata fuq politika ekonomika li ma tharisx fit-tul. Qeghdin inkunu dipendenti wisq fuq setturi bhall-kostruzzjoni minghajr ma nharsu lejn alternattivi iktar sostenibbli. Ekonomija diversifikata taghti importantza lill-kostruzzjoni, izda tara ukoll li tohloq setturi godda f’dinja iktar kompettitiva.

It-tip ta’ liberta’ li qed  jippremja l-gvern Laburista hi ukoll wahda fejn bosta jaghmlu dak li jridu, anke jekk dan ikun ta’ dannu ghal haddiehor. L-enfurzar huwa fjakk f’oqsma varji, u s-suspett tieghi hu li kemm il-darba jkun hemm indhil politiku biex dan ma jsirx.

L-importanti ghall-Gvern Laburista hu li jikseb il-vot ta’ dawk li jkunu inghataw pjacir anke jekk dan hu ta’ dannu socjali jew ambjentali. Il-Gvern jippreferi jara nies jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m’ghandhomx bzonn lill-politiku biex jimxu l-quddiem.

Ghal kuntrarju ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista ghandu joffri alternattiva cara Ghandu jkun vicin il-problemi u l-aspirazzjonijiet tac-cittadini. Izda minflok ma jipproponi politika ta’ Gvern kbir u prezenza partiggjana kullimkien, ghandu jipproponi politika ta’ socjeta’ kbira u Gvern zghir. Socjeta’ b’ruh socjali fejn l-individwu jkollu l-ghodda u l-edukazzjoni li javvanza l-quddiem u jgawdi kwalita’ ta’ hajja tajba. Liberta’ f’socjeta’, u mhux liberta’ li xxekkel dik ta’ haddiehor.