Sociologist, local councillor, activist from Malta

Monday, October 23, 2017

Daphne u t-Tiranijja - Michael Briguglio


Il-Mument 22 ta' Ottubru 2017

Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien qtil politiku.

Dan ghaliex Daphne kienet f’periklu u ma kienx hemm l-iskrutinju mehtieg biex tkun protetta mill-istituzzjonijiet ta’ l-istat. Dan l-iskrutinju kien dovut minhabba li Daphne kienet involuta f’kwistjonijiet legali ta’ importanza nazzjonali.

Daphne kienet fost l-iprem gurnalisti li jinvestigaw il-kollass ta’ l-istituzzjonijiet f’pajjizna. Issa li giet assassinata, pajjizna tilef vuci essenzjali ghad-demokrazija.

Izda pajjizna ma jistax jibqa jittolera l-kollass ta’  l-istituzzjonijiet. Il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat huwa bbazat fuq politika ekonomika li tiddependi mill-bejgh tal-passaporti u minn interessi ekonomici dubjuzi li qed jahtfu setturi bhall-energija, is-sahha u l-kostruzzjoni. Pajjizna gie elenkat f’rapporti internazzjonali bhala centru ta’ traffikar tan-nies, u huwa nvolut fl-iskandlu internazzjonali tall-Panama Papers. Il-hasil tal-flus, il-kriminalita’ organizzata u l-konnessjonijiet ma Gvernijiet korrotti xejn ma jaghtu gieh lil pajjizna.

Fl-istess hin, il-Gvern ta’ Joseph Muscat hataf istituzzjonijiet li suppost huma indipendent u melihom b’nies li l-iskop ewlieni taghhom hu li jaqdu l-interessi tal-oligarkja li tmexxi l-Partit Laburista. Sa dan it-tant il-Gvern Laburista addatta politika li tisseduci lil bosta votanti permezz ta’ korruzzjoni u pjaciri anke jekk dan ikun ta’ dannu socjali jew ambjentali.

Il-Gvern jippreferi jara nies jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m’ghandhomx bzonn lill-politiku biex jimxu l-quddiem. Ghalhekk, dan hu gvern bla ruh socjali, gvern minghajr legittimita morali, u gvern li jpoggi l-alla tal-flus qabel id-dinjieta’ umana.

U dan kollu ifakkarni fil-ktieb ricenti ta’ l-istoriku Timoghy Snyder, ‘On Tyranny: Twenty lessons from the twentieth century’.

F’dan il-ktieb Snyder iwissi li meta Gvern jibda jahtaf l-istituzzjonijiet dan jista’ jwassal ghall-kollas tad-demokrazija. 

Snyder jinnota li tiranni japprofittaw min-nuqqas ta’ ‘checks and balances’ u ta’ procedura, u minn nuqqas ta’ etika professjonali. Japprofittaw ukoll minn dik li illum tissejjah ‘post-truth’, jigifieri minn slogans politici li mhux bilfors jirriflettu l-verita’, kif ukoll minn ibbulijar fil-media permezz ta’ assassinju tal-karattru u tikketti qarrieqa ta’ dawk li qed jopponu l-poter.

Snyder jappella biex ma nharsux lejn in-naha l-ohra meta naraw sinjali ta’ mibghieda u diskriminazzjoni. Jghid li l-apatija u x-xetticizmu tac-cittadini jistghu isahhu lil dawk fil-poter.

Snyder jappella biex kull wiehed u wahda minna nkunu attivi fil-politika. Mhux neccessarjament dik partiggjana, izda anke permezz tas-socjeta’ civili, kitba , partecpazzjoni f’attivitajiet, qari dwar grajjiet kurrenti, abbonar f’rivisti u gazzetti ta’ kwalita’.

L-ahhar u mhux l-inqas, Snyder jappella lill-qarrejja tieghu biex ikunu patriotti u kuraggizi. Patriotti mhux lejn xi oligarkiji jew Prim Ministri li jqimu dittaturi barranin. Izda patriotti lejn l-ideali demokratici tal-pajjiz, permezz ta’ imhabba lejn is-socjeta’ u l-gid komuni.

Ejja nzommu l-memorja ta’ Daphne hajja billi ma ncedux ghal dawk li qed jipperikolaw id-demokrazija.


1 comment:

D. Buhagiar said...

Artiklu perfett! Prosit