Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Friday, September 15, 2017

Grazzi Simon

Diskors ta' ringrazzjament lil Simon Busuttil
Michael Briguglio
Konvenzjoni PN 15 ta' Settembru 2017

Kieku mhux ghal Simon Busuttil, jien m’inix qieghed hawn fostkom.
Simon kien strumentali biex nappogga d-dhul ta’ Malta fl-UE.
Fil-kampanja biex nidhlu fl-UE, Simon kien il-vuci tar-raguni.
Haddiehor ma kellux fiducja fil-Maltin.
Ghall-kuntrarju, Simon kellu argumenti razzjonali, ragunati li jappellaw ghall-emozzjoni.
Ejjew nimmaginaw x’kien jigri li kieku ma dhalniex fl-UE.
Minflok, pajjizna gheleb il-krizi ekonomika, anke ghax grazzi ghal Laurence Gonzi, pajjizna issieheb fil-Euro.
Simon kien strumentali biex nissieheb fil-PN.
Dan sar permezz ta’ vjagg politiku li wassalni hawnhekk.
Meta jien kont immexxi l-AD, Simon u jien iltqajna f’dibattiti fuq it-TV, u dejjem irrispettajna lil xulxin.
Kellna simpatija lejn xulxin u qisu qbilna li dnub li m’ahniex fl-istess partit.
Eventwalment Simon, bl-ikbar sens ta’ servizz u sagrificcju, dahal ghall-kariga ta’ mexxej Nazzjonalista.
Fl-iktar mument difficli.
Halla r-rwol prestigjuz li kellu fil-Parlament Ewropew.
Simon huwa politiku ta’ karattru.
Wara li sar mexxej tal-PN, u wara li jien irrizenjajt minn mexxej tal-AD, Simon stedinni nindirizza l-ewwel konvenzjoni li saret taht it-tmexxija tieghu.
Iltqajna kemm-il darba, u bl-istil gentili u kalm tieghu, ipperswadini biex nidhol fil-familja Nazzjonalista.
Meta faqqghu l-iskandli relatati mal-Panama Papers, ma stajtx naghmel mod iehor.
Kelli niehu pozizzjoni.
Dan ghamiltu mis-socjetĂ  civili.
Izda eventwalment ghamilt ghazla hielsa li naghti daqqa t’id lill-Partit Nazzjonalista.
Simon steddinni biex nindirizza l-protesta nazzjonali fit-23 ta’ April li ghadda. Ghamilt dan mill-qalb.
Hbieb, jien ma dhaltx fil-PN ghax ridt xi haga, izda ghax ridt nikkontribwixxi.
U Simon ippersonifika dak li nemmen :
li nghix f’pajjiz normali, pajjiz Ewropew, pajjiz bil-governanza tajba, pajjiz gust. Pajjiz fejn il-politici huma nies normali, u mhux allat ’il fuq mil-ligi.
Simon huwa l-politiku Ewropew.
Ejjew naghmlu hilitina biex nimxu mal-ezempju tieghu.
Ejew naghmlu hilitina biex pajjizna jkollu oppozizzjoni b’sahhitha.
Ghax hekk tirrikjedi d-demokrazija.
Grazzi Simon.
Jien ser inkun fuq quddiem biex nimxi fuq l-ezempju tieghek.



No comments: