Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, July 24, 2017

L-investigazzjoni tal-kap ta' l-oppozizzjoni

Kumment tieghi fil-gazzetta Il-Mument, 23/7/17

It-talba ta' Keith Schembri fil-konfront tal-kap ta' l-oppozizzjoni hija att ta' intimidazzjoni permezz ta' l-apparat ta' l-istat. 

Dan it-tip ta' agir huwa sinonimu ma' dak li wiehed isib f'letteratura distopjana bhal ta' George Orwell, Franz Kafka, Max Weber u Robert Michels, li fl-ewwel nofs tas-seklu 20 esprimew il-thassib taghhom dwar apparat ta' l-istat li jikkapparra iktar poter ghad-detriment ta' l-individwu. 

Fil-kas specifiku ta' Malta illum, qed naraw li l-apparat ta' l-istat qed ikun karatterizzat minn ghanqbuta ta' interessi ta' oligarkija f'partit u ta' negozju li qed jinghataw trattament specjali minn istituzzjonijiet li suppost qeghdin hemm biex jiddefendu lic-cittadin. Din rajniha fil-kaz tal-Panama Papers, fejn dawk involuti mhux talli ma rrezenjawx, mhux talli ma tnehhewx, talli baqghu fil-qalba tal-poter bil-protezzjoni ta' istituzzjonijiet. 

Ghall kuntrarju, dawk l-ufficjali pubblici li ghamlu xogholhom twarrbu jew tnehhew fl-istess hin li l-Prim Ministru tkellem dwar l-ghaqda nazzjonali. Jidher li l-agir ta' Keith Schembri hu parti minn strategija ta' intimidazzjoni mill-grupp li qed imexxi l-partit Laburista. Ezempju iehor ta' dan hu l-artiklu ta' Kurt Farrugia li deher fit-Times of Malta (21/7/17), fejn il-kap tal-komunikazzjoni tal-gvern infexx f'attakk partiggjan fuq il-kap ta' l-oppozizzjoni. L-ufficju tal-kommunikazzjoni tal-Gvern suppost jappartjeni ghac-cittadini kollha, u mhux ghal tribu. 

Fl-isfond ta' dan l-agir, jiena nghid li Simon Busuttil tkellem f'isimna, u ghalhekk ahna c-cittadini ta' rieda tajba ser nirrecirpokaw billi nuru solidarjeta' mieghu. Inzid li l-grupp li qed imexxi jista' jkecci u jintimida lin-nies, izda ma jistax johdilhom id-dinjita'. U l-appell tieghi hu li nitkellmu u nuru li ma nibzghux minn dan l-agir, ghax b'hekk inkunu qed naghtu iktar sahha lill-klikka ta' madwar Joseph Muscat. Ejja nkunu maqghudin biex niddefendu normi bazici tad-demokrazija.

No comments: