Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, October 06, 2014

Ix-Xellug mic-Centru - Principji

Ghamilt dan id-diskors nhar il-Gimgha 3 ta' Ottubru 2014, meta gejt mistieden mill-Fondazzjoni Ideat biex nitkellem dwar ‘Il-prinċipji u valuri li għandhom jiggwidaw partit politiku ċentru-xellugi, progressiv u Ewropew issa u fil-futur qarib’

Introduzzjoni

Nixtieq nirringrazzja lill-Fondazzjoni Ideat ghall-istedina sabiex niktellem dwar il-principji u l-valuri li ghandhom jiggwidaw lil partit politiku centru-xellugi, progressiv u Ewropew, issa u fil-futur qarib.

Qieghed hawnhekk bhala akkademiku, bhala socjologu li jirricerka l-politika. Imma m’hemmx dubju li jien influenzat mill-esperjenzi politici tieghi kif ukoll mill-principji li nemmen fihom.

Qieghed hawn ghax nemmen li l-pluralizmu u diversita’ isahhu d-demokrazija, u li l-antagonizmu hija xi haga produttiva u essenzjali fil-politika.

Niccelebraw id-Diversita’ fix-Xellug

Ghalhekk nibda billi nghid li ma hemmx ‘centru-xellug’ wiehed, izda hemm diversita’ ta’ forzi politici, kbar u zghar, li jartikolaw politika li tinsab fuq ix-xellug mic-centru. Nemmen li dawn il-forzi jista’ jkollhom fatturi komuni u li permezz taghhom ikun hemm hidma ghall-hekk imsejha bidliet ‘progressivi’ Din id-diversita’ ghandha tigi ccelebrata.

Fuq ix-xellug mic-centru hemm is-Socjal Demokratici, il-Hodor u x-Xellug, u f’kull kaz, tezisti diversita’ kbira ta’ strategiji u ideologiji. Hemm ukoll numru kbir ta’ ghaqdiet non-governattivi li jistghu jinkludu fost ohrajn unjins tal-haddiema, ghaqdiet ambjentali u ghaqdiet dwar drittijiet civil.

Minn Individwalizazzjoni sa Awtonomija

Ix-xellug mic-centru Ewropew qed jopera f’kuntest fejn il-klassijiet socjali huma ta’ influenza socjali kbira, izda huma ukoll iktar frammentati minn qabel.

Qeghdin ukoll f’kuntest fejn riskji socjali bhat-tibdil fil-klima u l-isfidi biex jigi sostnut mudell socjali huma stat ta’ fatt.

L-individwalizazzjoni – fejn l-individwi huma dejjem iktar mehtiega jibnu l-hajja rispettiva taghhom - hija prezenti f’kull qasam tal-hajja. Din ghandha dimensjonijiet varji, mill-opportunitajiet li jezistu, nghidu ahna fl-edukazzjoni, sal-kundizzjonijiet ta’ prekarjeta’ li qed jnifirxu f’bosta oqsma tal-hajja, mix-xoghol sar-relazzjonijiet.

F’bosta socjetajiet, l-inguwaljanzi qeghdin jikbru, u jidher li politika neo-liberali bhal dik ta’ l-awsterita’ qeghdin iharxu din ir-realta’.

F’kundizzjoni ta’ individwalizzazzjoni, m’ghandniex ghazla hlief li naghmlu l-ghazliet, kemm il-darba difficli. L-ghazliet li naghmlu huma influenzati kemm mill-mod kif nirriflettu dwarhom u fil-kundizzjonijiet li nghixu fihom.

Politika li ssib ruhha fuq ix-xellug tac-centru ghandha tahdem sabiex l-individwalizazzjoni taghti lok ghal inqas prekarjeta’ u iktar awtonomija. B’hekk wiehed ikollu kemm jista’ jkun kontroll fuq l-attivitajiet li jixtieq jaghmel. Kemm jekk huwiex zaghzugh li jixtieq jibqa’ jistudja, jekk huwiex bidwi li jixtieq jopera m’mod organiku, jekk hijiex genitur li tixtieq karriera filwaqt li jkollha famija; jekk huwiex persuna b’dizabilita’ li jixtieq jippartecipa f’kull qasam socjali; jekk huwiex haddiem li jixtieq kwalita’ ta’ hajja ahjar.

Il-Gustizzja Socjali

Dan iwassalni ghall-principju tal-gustizzja socjali.

Fil-politika socjali, ix-xellug mic-centru ghandu jhaddan il-valuri progressivi tad-drittijiet u liberatijiet civili, izda ghandu wkoll ikun il-vuci favur politika socjali li zzid l-ugwaljanza u li hi universalment accessibbli.

Stat li jinsab fuq ix-xellug mic-centru ghandu d-dmir li jiggieled kontra l-prekarjat u li jara li tabilhaq jkun hemm redistribuzzjoni gusta tal-gid, sabiex hadd ma jibqa’ lura.

F’dan ir-rigward, dawk li jissejhu bhala ‘active measures’, jigifieri mizuri li permezz taghhom l-individwu ikun armat ahjar biex jaffacja d-dinja tax-xoghol, ghandhom jigu inkoraggiti, izda m’ghandhomx jigu imdahhla minflok welfare universali li hafna drabi huwa l-uniku mezz ta’ ghejxien ghal bosta persuni f’risku ta’ faqar.

L-‘active measures’ ghandhom iservu bhala incentiv biex wiehed itejjeb is-sitwazzjoni tieghu. Ghalhekk, diskors negattiv dwar ‘dipendenza socjali’ – liema diskors gej mill-Lemin, ghandu jigi evitat, u jigi sostitwit minn diskors favur empowerment ta’ l-persuna.

Politika socjali universalista’ u egalitarja ghandha wkoll tilqa’ d-diversita’ ta’ forom ta’ familji kif ukoll ta’ identitajiet, u dan permezz ta’ legizlazzjoni u mizuri socjali xierqa. Izda dan irid ikun prezenti anke f’oqsma iktar bazici tal-hajja, bhat-taghlim edukattiv u facilitajiet accessibbli bhal-childcare li jkopru htigiejiet varji ta’ familji varji. F’dan ir-rigward Malta qed taghmel avvanzi kbar hafna.

Politika socjali universalista u egalitarja ghandha tizgura li l-istat jiggarantixxi livell ta’ ghexien dinjituz ghall-anzjani. F’dan il-kuntest, sistemi ta’ penzjoni ddominati mis-settur privat ma jawgurarx tajjeb, ghax jistghu izidu l-inugwaljanzi fit-tielet eta’ permezz ta’ skemi rigressivi, fejn min ihallas l-iktar, ikollu penzjoni iktar gholja. Dan imur kontra il-principju progressivi ta’ ridistribuzzjoni tal-gid, liema principju wassal ghal stat socjali b’sahhtu fil-pajjizi Nordici.

Sostenibilita’ ekonomika tistrieh fuq sostenibilita’ ekologika

Il-principji tal-gustizzja socjali ghandu jigi kkumpanjati mill-principju ta’ sostenibilita’. Ekonomija b’sahhitha tistrieh fuq sostenibilita’ ekologika.

Fuq livell baziku, minghajr ekologija addatta, ma nistghux nghixu. Imma wkoll, fl-assenza ta’ kwalita’ ambjentali, ta’ arja nadifa, spazji liberi u kampanja f’sahhitha, tonqos il-kwalita’ tal-hajja.

F’isem energija mahmuga bhaz-zejt, qeghdin f’sitwazzjoni ta’ tibdil fil-klima li tista’ ssir katastrofika jekk ma jkunx hemm politika li tbiddel id-direzzjoni.

Din ghandha sservi ta’ opportunita’, fejn investiment u regolamentazzjoni lejn l-ekonomija l-hadra jistghu iwasslu ghal toroq sostenibbli.
L-ekonomija l-hadra thares il-quddiem, lil hinn mid-dipendenza fuq energija mahmuga u lil’hinn minn mudelli insostenibbli bhad-dipendenza eccessiva fuq il-kostruzzjoni spekulattiv. Minflok, tipprovdi x-xoghol f’oqsma bhall-energija nadifa, riabilitazzjoni, transport pubbliku, ricerka.

Fl-istess hin, il-protezzjoni ambjentali ghandha titqies bhala ghan minnha nnifisha. Ma jistax ikun li kull bicca art u kull rizorsa titqies bhala komodita’ ghall-profitt, ghax jigi z-zmien meta jkun tard wisq biex nirrimedjaw ghal dan.

Ilkoll nafu li d-dinja qed tiffaccja problemi ekologici kbar. M’ghandniex naslu f’sitwazzjoni tant prekarja li niddeciedu niehdu azzjoni, izda fejn niskopru li jkun tard wisq biex dan isir. Forsi tajjeb li x-xellug mic-centru jipproponi koalizzjonijiet bejn dawk il-pajjizi li lesti jiehdu azzjoni sostenibbli, qabel ma jkun tard wisq. Ta’ min ifakkar, li gzejjer zghar bhal Malta huma fost l-iktar pajjizi f’sitwazzjoni prekarja f’kwistjonijiet bhat-tibdil fil-klima.

Ghalhekk, ghandu jkun zgurat ukoll li l –Istat ma jcedix is-sahha li ghandu li jippartecipa fl-ekonomija u jirregola sabiex ikun hemm standards xierqa, u lanqas li jcedi setturi li ma jistghux jigu mkejla skond il-profitt.

Qed nghid dan ghax bhalissa l-Unjoni Ewropea qed tinnegozja t-TTIP ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u hemm thassib kbir li dan jista’ jwassal ghall-privatizazzjoni u liberalizazzjoni ta’ setturi bhall-ilma, edukazzjoni, sahha, u ikel, ghad-detrimient ta’ konsumaturi, haddiema u l-ambjent. F’dan il-kaz, korporazzjonijiet multinazzjonali ikollhom iktar sahha minn Gvernijiet individwali, f’isem il-profitt.

Pluralimzu; Antagonizmu; Demokrazija

Principju iehor li x-xellug mic-centru ghandu jenfasizza hu dak tad-demokrazija. F’kuntest Ewropew, ix-xellug mic-centru ghandu jiccelebra l-fatt li d-demokrazija hija minna nnifisiha karatterizzata minn antagonizmi.

Dan ifisser li hemm possibilta’ ta’ direzzjonijiet politici differenti fil-governanza ta’ socjeta’. Il-possibilita’ ta’ Ewropa Socjali tezisti lil’hinn mid-dominanza neo-liberali ta’ dawn l-ahhar snin.

Il-kwistjoni tibqa jekk, gruppi varji mix-xellug humiex lesti jahdmu flimkien ghal Ewropa socjali.

Meta wiehed jirikonoxxi li jista’ jkun hemm tipi differenzi ta’ Governanza fl-Ewropa, wiehed jista’ jkollu rispett akbar lejn il-pluralita’ ta’ ideologiji.

Dan il-principju ghandu wkoll jiggwida il-politika barranijia tax-xellug mic-centru. Minflok ma wiehed ihares lejn pajjizi u blokok ta’ barra l-Ewropa b’mod imperjalista jew pregudikat, wiehed ghandu jirrikonixxi il-pluralita’ ta’ blokok, ta’ dinja multipolari, b’sistemi, principji u valuri differenti.

Mudelli socjali, politici u ekonomici ma jistghux jigu imposti minn socjeta’ ghall-ohra. Izda dan m’ghandux ifisser li wiehed ghandu jaghlaq ghajnejh ghall-atrocitajiet u ingustizzji li jsiru madwar id-dinja.

Politika barranija ghandha tkun imseja fuq principji ta’ rispett reciproku u solidarjeta’.

Popli ripressi – bhal dak Palestinjan – ikollhom tarka li tiddefendhom, u pajjizi differenti ghandhom jigu rikonoxxuti ghar-realtajiet specifici taghhom. Per ezempju, fil-politika dwar tibdil fil-klima, ma jistax ikun li pajjizi zviluppati li jahlu hafna energija ras imb’ras jistennew li pajjizi foqra ikollhom ezattament l-istess obbligi bhalhom. Anzi, pajjizi zviluppati ghandhom ikollhom obbligu li jghinu lill-pajjizi foqra, u li hafna drabi kellhom passat kolonjali.

Il-politika barranija Ewropea ghandha wkoll thares lejn sfidi bhall-immigrazzjoni b ‘mod solidali, u taghraf ir-responsabilita’ li ghandhom pajjizi Ewropej lejn bosta tragedji li jezistu f’pajjizi karatterizzati minn faqar kbir, gwerer u krizijiet socjali ohra.

Hekk kif qed nitkellem dwar l-immigrazzjoni, nemmen li x-xellug mic-centru m’ghandux jigi sedott mit-tentazzjoni ta’ diskors tal-Lemin Estrem li qed iwassal ghal rizultati relattivament tajbin sahansitra f’pajjizi bhall-Isvezja. Izda fl-istess hin, ghandu jkun hemm diskors xellugi li jifhem u jaspira lill-poplu. F’dan ir-rigward, is-sejha lejn responsibility sharing gusta u ekwa fl-Unjoni Ewropea hi wahda legittima, u ma nara xejn hazin li Gvernijiet bhal ta’ Malta u l-Italja isemmghu lehinhom iktar dwar dan.

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ strategija politika, nahseb li huwa car li politika li tinstab fuq ix-xellug tac-centru ghandha tingagga ma’ l-istituzzjonijiet u mhux tezilja ruhha f’politika tal-marzjani. Tibdil lejn socjeta’ iktar gusta, iktar ugwali u iktar sostenibbli ghandu jsir permezz ta’ l-istituzzjonijiet u mhux min go xi ghar ta’ eremiti narcisisti.

Fil-politika hemm pluralita’ ta’ siti socjali fejn isehhu l-antagonizmi, u dawn m’humiex necessarjament monopolizzati mill-partiti. Jezistu ukoll ghaqdiet non-governattivi, li ghandhom rwol importanti li jqajmu kuxjenza u li jahdmu ghal bidliet procedurali, sostantivi u stutturali f’socjeta’. Il-partiti u l-ghaqdiet non-governattivi jistghu ikunu zewg nahat ta’ l-istess munita’ f’politika xellugija mic-centru.

Jistghu jahdmu fi spirtu ta’ djalogu, fejn l-awtonomija ta’ kull naha tigi rispettata, izda fejn jigu ffurmati alleanzi u koalizzjonijiet skond il-htiega. Din ta’ l-ahhar tista’ tirreferi kemm ghall issues specifici, kif ukoll ghall-alleanzi elettorali. Ghalhekk jista’ jkun hemm sinergija ta’ antagonizmi differenti.

Dan imur lil’hinn minn diskors li jassumi li illum il-kwistjonijiet Ii jezistu huma biss ta’ natura manigerjali jew teknika, u li l-ideologija mietet. Altru milli mietet l-ideologija, qed naraw li l-ideologija neo-liberali kellha rwol ewlieni fiz-zieda fl-inugwaljanzi socjali u fil-krizi ambjentali. Bl-istess mod, trid tkun vizjoni ohra, li taspira ghal bidliet sostanzjali lejn socjeta’ iktar gusta u sostenibbli.

Egemonija

Biex dan kollu isehh, jehtieg li il-pluralita’ ta’ forzi fuq ix-xellug mic-centru jibnu kuncett tal-poplu li jista’ jkun egemoniku.

Egemonija, f’dan il-kuntest, tfisser li jkun hemm appogg u legitimita’ popolari ghall-forzi politici u tas-socjeta’ civili, tant li jistghu igibu bidliet socjali li huma sostanzjali. Jista’ jkun hemm egemonija ta’ diversi forom, u ghalhekk dik xellugija mic-centru hi biss forma wahda ta’ egemonija. U ghal kull egemonija tista’ tinbena kontro-egemonija.

Jista’ jkun hemm egemonija fuq issues specifici – per ezempju bhal ma kien hemm fil-kwistjoni tad-divorzju f’pajjizna, izda jista’ jkun hemm ukoll egemonija fuq livell ta’ program u vizjoni ta’ Gvern.

F’din ta’ l-ahhar, rebha elettorali hija pediment essenzjali. Rizultati elettorali fl-Ewropa f’dawn l-ahhar snin urew li f’hafna kazijiet, ix-xellug mic-centru m’ghandux is-sahha li kellu, sahansitra f’pajjizi fejn hemm tradizzjoni socjal-demokratika qawwija. Qed naraw ukoll, li f’hafna kazijiet ikun hemm koalizzjonijiet homor u hodor, izda li kemm il-darba jezisti wkoll settarjanizmu li jaghti vantagg elettorali lic-centru lemin.

F’dan ir-rigward, rebha elettorali m’ghandhiex tkun ghan minnha nnifisha, ghax dan jista’ jwassal ghall-istatus quo, fejn ikunu biss inbiddlu l-ucuh. Ghall-kuntrarju, rebha elettorali ghandha sservi biex tinbena egemonija gdida li ggib bidliet socjali.

Egemonija tirrikjedi movimenti, alleanzi jew koalizzjonijiet maghmulin minn forzi awtonomi li jahdmu flimkien, li ghandhom sens ta’ proporzjon, u li permezz ta’ poter produttiv, jistghu jeghlbu lill-avversarji politici.

Sabiex wiehed jasal lejn l-egemonija, jehtieg li wiehed ma jkunx massimalista izda li jkun lest li jcedi ftit mill-identita’ tieghu sabiex tinbena identita’ universali u egemonika, bhall-Gvern li jgib bidliet sostanzjali.

Fil-verita’ l-ebda egemonija qatt ma tkun wahda eterna, ghax dejjem ser ikun hemm antagonizmi. Izda taghmel differenza kbira jekk ikun hemm governanza li thaddan principji bhal dawk ta’ sostenibilita’; gustizzja socjali u awtonomija, minn governanza konservattiva u neo-liberali.

Egemonija tirrikjedi ukoll li l-avversarji jigu rispettati ghall-vizjonijiet differenti taghhom. Politika minghajr avversarji hi politika li tmur kontra s-sens demokratiku.

Izda fuq kollox, egemonija tirrikjedi vizjoni u diskors popolari. Fil-kaz tax-xellug mic-centru, nishaq li l-vizjoni ghandha tkun wahda ta’ gustizzja socjali, sostenibilita’ u diversita’.

Referenzi:

Bauman, Z. (2013): Does the Richness of the Few Benefit Us All? (Cambridge: Polity Press).
Beck, U. (1992): Risk Society (Cambridge: Polity Press).
De Waele, J.M.; Escalona, F.; Vieira, M. (2013): The Palgrave Handbook of Social Democracy in the European Union (Hampshire: Palgrave Macmillan).
Giddens, A. (1991): Modernity and Self-Identity (Cambridge: Polity Press).
Lipietz, A. (1995): Green Hopes (Cambridge: Polity Press).
Laclau, E. and Mouffe, C. (1985): Hegemony and Socialist Strategy (London: Verso).
Laclau, E. (2005): On Populist Reason (London: Verso).
Laclau, E. (2014): The Rhetorical Foundations of Society (London: Verso)
Mouffe, C. (2013): Agonistics (London: Verso).


No comments: