Sociologist, local councillor, activist from Malta

Saturday, May 03, 2014

Kandidati Ewropej mhux jittrattaw it-TTIP

Hekk kif il-kampanja elettorali ghall-Parlament Ewropew qed izzid fl-intensita’, hija haga impressjonanti kif bosta kandidati Maltin qed jibbazaw il-hidma taghhom fuq retorika populista dwar kwistjonijiet li fuqhom l-istess parlament ghandu nuqqas relattiv ta’ poter.

Biex naghti zewg kwistjonijiet ricenti, il-fatt li l-kacca f’Malta ser tkun suggetta ghal referendum nazzjonali abrogattiv jikkonferma li l-Parlament Ewropew ma jistax jenforza legislazzjoni f’dan il-qasam. Ghalhekk argumenti favur jew kontra l-kacca fil-kampanja Ewropea huma iktar ta’ retorika milli sostantivi.

Ezempju iehor: Il-fatt li l-Gvern Malti lahaq ftehim mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema ta’ xiri ta’ cittadinanza tikkonferma li l-oppozizzjoni massiva tal-Parlament Ewropew ghall-iskema Maltija kienet simbolika. Fl-ahhar mill-ahhar, il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ politika neo-liberali, tat il-barka ghal ligi diskriminatorja fi sfond tal-‘Fortress Europe’, u Malta addottat l-iskema.

Minn naha l-ohra, il-Parlament Ewropew ghandu influenza kbira fuq il-bagit Ewropew, u anke fl-adozzjoni jew emendi ta’ proposti tal-Kummissjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew jagixxxi ta’ ko-legislatur mal-Kunsill tal-Ministri. Sfortunatament, huma ftit il-kandidati Maltin li qed jitkellmu dwar dan.

Ezempju car huwa l-process li jwassal ghall-‘Transatlantic Trade and Investment Partnership’ (TTIP) bejn l-UE u l-USA. Jekk dan jigi approvat, ikollu impatt kbir fuq bosta oqsma fiz-zewg blokok, u jwassal ghal dominanza ikbar ta’ korporazzjonijiet kbar u ghall-kummercjalizazzjoni.

It-TTIP titratta investiment pubbliku, access ta’ prodotti u servizzi fis-swieq, kwistjonijiet regolatorji bhall-‘intellectual property rights’, standards socjali u ambjentali u kwistjonijiet ohra.

Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri taw il-kunsens taghhom sabiex ikun hemm mandat ta’ negozjar dwar it-TTIP. Il-Kummisjoni Ewropea qed tinnegozja f’isem l-UE u l-pajjizi msiehba, u l-Parlament Ewropew huwa intitolat li jkun informat regolarment dwar il-process.

Izda skond it-trattat Ewropew dwar kif tahdem l-UE (Artiklu 207(3) u Artiklu 218, il-ftehim finali dwar it-TTIP jista’ jigi konkluz mill-Kunsill tal-Ministri u l-pajjizi msiehba jekk il-Parlament Ewropew jaghti l-kunsens. Diga’ tqajmu bosta kontroversji.

Per ezempju, f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ servizzi awdjo-vizivi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri ma jridux li dan is-settur ikun inkluz fit-TTIP, filwaqt li l-USA u l-Kummissjoni Ewropea jridu li jigi inkluz. Il-Kummissjoni tista’ taghmel proposti, izda dawn jehtiegu kunsens unanimu mill-pajjizi msiehba sabiex il-process jipprocedi.

Qasam iehor kontroversjali jitratta l-Organizmi Genetikament Modifikati (GMOs). L-UE ghandha regoli iktar restrittivi mill-USA, specjalment meta hafna konsumaturi Ewropej huma mhassba dwar il-konsegwenzi fuq is-sahha u l-ambjent. Mhux ta’ sorpriza li ambjentalisti huma kritici ta’ politika li tpoggi interessi kummercjali qabel dawk ekologici.

Skond il-‘European Economists for an Alternative Economic Policy’ (EuroMemo Group), li tinkludi 300 ekonomista mill-UE, it-TTIP tista’ twassal ghal nuqqas ta’ kontabilita’ demokratika fuq oqsma varji, jekk il-kompetenza regolatorja tigi trasferita ghal istituzzjonijiet mhux eletti.

Barra min hekk, id-dominanza ta’ interessi kummercjali f’servizzi pubblici u essenzjali tista’ twassal ghal standards iktar baxxi ghad-detriment tas-sahha pubblika, sigurta’, drittijiet tal-haddiema u tal-konsumatur, u protezzjoni ambjentali.

Ghalliema u student madwar l-UE urew it-thassib dwar it-TTIP f’dak li ghandu x’jaqsam mas-settur edukattiv. L-Unjoni ta’ Studenti Ewropej hija kritika hafna ta’ politika li permezz taghha l-edukazzjoni pubblika tigi trattata bhala servizz ekonomiku ordinarju, fejn il-profitt kummercjali jigi qabel il-kwalita’ tas-servizzi edukattivi.

Jehtieg li t- TTIP ikun suggett ghall-‘impact assessment’ kompensiv u ghal dibattitu wiesgha fl-UE qabel ma jipprocedi. Jista’ jkun hemm ukoll referendum Ewropew dwar it-TTIP. Izda, apparentament, referenda Ewropew – u r-rizultati taghhom – huma meqjusa validi biss meta jirriflettu l-intressi tal-klassijiet dominanti fl-UE.

M’ghandniex nippermettu il-liberalizazzjoni ta’ servizzi pubblici bhas-sahha, ilma, kultura, servizzi socjali u l-edukazzjoni, ghax ikun ta’ detriment kbir ghall-possibilita’ ta’ mudell socjali Ewropew iktar b’sahhtu.

Sa dan it-tant ic-cirklu elettorali f’Malta qed jipprocedi. U had m’hu qed jiddiskuti it- TTIP.

Dan l-artiklu deher fir-rivista Zminijietna April-Gunju 2014

No comments: