Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, January 13, 2014

L-Ambjentalizmu – Lejn Alleanzi Wiesgha?

Id-demostrazzjoni fis-7 ta’ Dicembru 2013, ta’ ghaqdiet ambjentali (ENGOs) kienet l-ewwel wahda ta’ din ix-xorta ghal dawn l-ahhar 5 snin. L-ahhar darba li numru kbir ta’ ENGOs inghaqdu f’demostrazzjoni ta’ din ix-xorta kienet fil-protesti kontra l-hekk imsejha ‘razzjonalizazzjoni’ ta’ zoni ta’ zvilupp tal-Gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni general ital-2008.

Dawn il-protesti eventwalment sfaw fix-xejn meta kien hemm frammentazzjoni settarja fi hdan il-moviment ambjentalista Malti, specjlament bejn il-frieghi moderati u dawk radikali. Ghalhekk, wiehed jittama li d-demostrazzjoni tas-7 ta’ Dicembru 2013 twassal ghal alleanzi iktar organici u fit-tul, li possibilment jistghu iwasslu ghal succesi sostantivi bhal dak tal-Front Kontra l-Golf Kors (tal-Verdala, Rabat) fl-2004, li kien maghmul min elementi radikali, moderati u ohrajn.

Din l-alleanza ma ddependietx minn istituzzjonijiet ta’ l-UE biex tirbah. Filfatt hafna mill-attivizmu tal-Front kien sar qabel ma’ Malta ssiehbet fl-Unjoni. Barra min hekk, il-kwistjoni ta’ zvilupp hi wahda fejn il-politika ta’ l-UE hi relattivament nieqsa minn legislazzjoni komprensiva.

F’din kampanja, il-Front kien reziljenti fl-mod kif irnexxielu jibni alleanza wiesgha u f’diskors ta’ sostenibilita’ li kien jinkorpora kuncetti bhal gustizzja socjali, protezzjoni ambjentali, u sostenibilita’ ekonomika.

Illum wiehed m’ghandux ikun sorpriz li l-moviment ambjentalista qed jerga’ jorganizza ruhu. Il-Gvern Laburista gdid jidher li qed jiddependi minn mega-progetti bhala parti mill-politika ekonomika tieghu. Tant hu hekk li dan l-ahhar qrajna dwar possibilta’ ta’ pont bejn Malta u Ghawdex, reklamazzjoni ta’ l-art, u regoli ambjentali li jaghtu lok ghal iktar zvilupp. Rajna ukoll l-approvazzjoni ta’ zvilupp kontroversjali fil-Portomaso u l-Mistra fost ohrajn.

L-ideologija ta’ zvilupp bla razan u l-influenza politika ta’ zviluppaturi kbar juru bic-car li l-ambjent hija kwistjoni politika. Id-decizzjonijiet tat-teknokratici huma dejjem suggetti ghall-antagonizmi ta’ interessi, opinjonijiet, pressjonijiet u vizjonijiet differenti, li fil-kuntest prezenti huma strutturati lejn zvilupp bla razan. In-naha l-ohra tal-munita hija maghmula minn attivizmu li tartikola diskors kontra din is-sitwazzjoni, per ezempju permezz ta’ ambjentalizmu moderat jew radikali.

Kisba important tal-moviment ambjentalista hi li jqajjem kuxjenza pubblika, Ezempju tajjeb ta’ dan huwa r-referendum kontra l-kacca fir-rebbiegha.

L-UE ghandha direttivi cari dwar il-kacca, izda d-decizzjoni tal-Qrati Ewropej dwar il-kaz Malti waslet ghal interpretazzjonijiet differenti, u b’hekk il-kwistjoni irritornat lura ghal kuntest politiku Malti. Fil-kuntest prezenti ta’ Gvern Laburista, it-tmiem tal-kacca fir-rebbiegha qed tigi meqjusa bhala priorita kbira ta’ bosta ambjentalisti.

Izda l-iktar messagg importanti tar-referendum hu li l-istorja tista’ tinkiteb permezz ta’ reziljenza u alleanzi. Insellem lill-ENGOs u vucijiet fil-media – bhall-Malta Today – li huma attivi f’dan ir-rigward, u ghandu jigi rikonuxxut ukoll li l-Alternattiva Demokratika kellha u ghandha rwol important fl-imbottatura ghal dan ir-referendum. Il-pozizzjoni ambivalenti tal-Partit Nazzjonalista, li fuq naha irid jiddefendi dik li huwa sejjah bhala l-kisba tal-kacca fir-rebbiegha fin-negozjati ta’ shubija ma’ l-UE, u li fuq naha l-ohra irid jirbah votanti ‘liberali’ li resqu lejn il-Partit Laburista, ser tigi iccarata fix-xhur li gejjin?

Ma nkunx sorpriz jekk eventwalment xi vucijiet fil-partiti l-kbar jappoggjaw ir-referendum – biex tinghata impressjoni li l-partiti huma vicin kemm il-kaccaturi kif ukoll l-ambjentalisti – f’ezempju ta’ partitokrazija tal-massa.

Il-kwistjonijiet ta’ zvilupp bla razan u l-kacca juru li politika popolista u ‘minghajr avversarji’, kif kienet artikolata mill-Partit Laburista fil-kampanja elettorali tal-2013, ma tistax tahbi antagonizmi politici u socjali.
Bl-istess mod, il-moviment ambjentalista ghandu x’jirbah permezz ta’ alleanzi wiesgha u jekk ma jaqax fin-nassa li tipprova tifred l-ambjent mill-politika.

Dan l-artiklu jidher fir-rivista Zminijietna, Jannar-Marzu 2014

No comments: