Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, January 13, 2014

Harsa lejn xi pubblikazzjonijiet ricenti

Fil-ktieb ‘Does the Richness of the Few Benefit Us All?', is-socjologu Zygmunt Bauman jargumenta li l-hsieb li huwa fl-interess tal-foqra li is-sinjuri ikompli jsiru sinjuri, (billi, fost ohrajn, ihallsu inqas taxxa) huwa hsieb qarrieqi u falz. Bauman juri kif ll-mudell neo-liberali qed igib qasma ikbar bejn il-ftit sinjuri u l-bqija tas-socjeta. Izda fi kliemu:

‘It seems that one needs catastrophes to happen in order to recognize and admit (retrospectively alas, only retrospectively…) their coming. A chilling thought, if there ever was one. Can we ever refute it? We will never know unless we try: again and again, and even harder’ (p.96).

Il-filosfu Alain Badiou, fil-ktieb ‘Philosophy for Militants’, jartikola t-twemmin tieghu f’emancipazzjoni universali u kunflitt militanti. Badiou m’huwiex strategista, izda jemmen li l-istorja tista’ u ghandha tinkiteb f’mumenti storici. ‘We must find a new sun – in other words, a new mental country’ (p.59), jghidilna, u f’dan il-kuntest, il-gustizzja tfisser li kull sitwazzjoni tigi ezaminata minn perspettiva egalitarja u universalista.

Hawnhekk wiehed isaqsi jekk l-attivist radikali ghandux jippartecipa fit-taqtigha demokratika, li twassal ghall-kompromessi izda li tiggarantixxi drittijiet liberali u li tista’ ggib xi tibdil relattiv, jew jekk ghandux jimmilita’ bil-hsieb li socjeta’ ohra hija possibli, liema socjeta’ tista’ jew ma tistax tigi fis-sehh. Din il-kontradizzjoni taqta fil-laham il-haj tax-xellug, f’tenzjoni kreattiva.

Badiou jista’ jitqies bhala eredi tal-filosfu Louis Althusser, li dan l-ahhar kien suggett tal-ktieb ‘Althusser and His Contemporaries – Philosophy’s Perpetual War’ ta’ Warren Montag. Montag juri li l-kitbiet ta’ Althusser ma’ jibdewx u jispiccaw bl-iktar xogholijiet maghrufin tieghu, bhal ‘For Marx’ u ‘Reading Capital’.

Juri ukoll li l-istess bhal kif il-filosofija hija karatterizzata minn kunflitti u interpretazzjonijiet differenti, hekk ukoll Althusser huwa karatterizzat minn vjagg turbulent fil-filosofija u l-politika.

Jolqotni l-mod kif Montag iqabbel il-kitbiet ta’ Althusser dwar l-ideologija ma’ dawk ta’ Foucault dwar il-poter, is-sorveljanza u d-dixxiplina.

‘Each incursion of mass struggle, like a flare fired above the battlefield, revealed the obstacles, traps, and emplacements that blocked the way forward’ (p.170).

Montag jikkwota lill-Althusser fl-ahhar kitbiet tieghu, fejn, fost ohrajn jiddeskrivi l-filosofu bhala xi hadd jmur fuq ferrovija minghajr ma jaf min fejn gie u fejn sejjer. Bl-istess mod, il-futur m’huwiex miktub minn qabel. Jista’ jkun hemm bidliet socjali kbar, izda jista’ jkun ukoll li dawn ma jsehhux. Fi kliem Montag,

‘from the perspective of a genuine materialism of the encounter, just as nothing guarantees the arrival of the best, so nothing absolutely prohibits the endurance of the worst’ (p.189).

Dan l-artiklu jidher fir-rivista Zminijietna, Jannar-Marzu 2014

No comments: