Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, July 24, 2013

Il-Wirt ta’ Thatcher

Michael Briguglio


Wara li Margaret Thatcher, eks-Prim Ministru tar-Renju Unit mietet, qed nipproponi analizi tal-wirt taghha fil-politika tal-llum. Izda l-ewwel, tajjeb li l-ideologija Thatcherista tigi artikolata.

Thatcher kienet tifforma parti mill-ideologija tan-‘New Right’ li kien egemonku fis-snin tmenin u fl-ewwel snin tad-disghinijiet. Bazikament din l-ideologija ghaqdet ideologija neo-liberali ma’ ideologija konservattiva.

In-Neo-Liberalizmu jibbaza fuq metodologija individwalista, fejn il-kejl ta’ kollox huwa l-hekk imsejjah individwu razzjonali li jopera fis-suq hieles. Analizi socjali li thares lejn klassi socjali, il-poter, l-istat u antagonizmi socjali ma tibqax importanti f’dan il-kuntesti. Minflok jirrenja l-hsieb ta’ Hayek u Friedman, li kien jemmnu li l-ippjanar ta’ l-istat fl-ekonomija iwassal ghal tiranijja. Hassieba ohrajn bhal Marsland ghalhekk jipproponu li l-istat ikollu rwol ferm izghar mhux biss fil-politika ekonomika, izda ukoll fil-politika socjali.

Ghalhekk, in-Neo-Liberalizmu iwassal ghal privatizazzjoni ta’ assi pubblici, tnaqqis fin-nefqa pubblika u riformi rigressivi fil-politika fiskali. Il-hsieb hu li dan iwassal ghal iktar incentiv u iktar investiment, u fl-ahhar mill-ahhar, it-‘trickle down effect’. Izda lkoll nafu li din it-tip ta’ ekonomija iggib maghha inugwaljanza kbira u qasma bejn il-klassijiet socjali. Politika li temmen fil-gustizzja socjali u fl-ugwaljanza ma’ tistax tigi rekonciljata man-neo-liberalizmu.

Min-naha l-ohra, ideologija konservattiva fi hdan in-New Right targumenta li l-istat ghandu jkollu rwol ikbar f’dak li ghandu x’jaqsam mal-morali pubblici. Hassieba bhal Scruton jemmnu li l-istat ghandu jippromwovi tip ta’ familja tradizzjonali, liema familja, skond dan il-hsieb, giet imminata mill-bidliet socjali mis-sittinijiet il-hawn, li, fost ohrajn raw attivizmu ta’ movimenti feministi u movimenti favur ugwaljanza sesswali. Il-konservattivizmu ghandu wkoll tendenzi nazzjonalisti u minn daqqiet xenofobici.

Hassieb tipiku u ferm influenti tan-New Right huwa s-socjologu Charles Murray, li jargumenta li l-welfare state wasalet ghal twelid ta’ ‘underclass’ maghmula l-iktar minn zghazagh irgiel li ma jridux jahmdu u ommijiet single. Murray jikkritika dak li jsehhah bhala ‘welfare dependency’ ta’ dawn il-gruppi, u ghalhekk jemmen li l-welfare ghal dawn il-gruppi ghandu jispicca sabiex dawn il-persuni jidhlu fid-dinja tax-xoghol u jiffurmaw familji ‘normali’.

Fit-Thatcherizmu wiehed seta’ jara dawn it-tendenzi ideologici li nfluenzaw il-politika ekonomika u socjali. Is-socjologu Marxist Stuart Hall jargumenta li dan wassal ghal ‘popolizmu awtoritarju’ li kien egemoniku u li irrizulta f’ ‘sens komun’ gdid b’diskors bhal dak tal-‘welfare burden’. Socjologu iehor, il-post-Marxist David Howarth jaqbel ma’ din l-analizi, fejn l-egemonija Thatcherista kienet ibbazata fuq punti bhal ‘ekonomija hielsa’, ‘stat b’sahhtu’, ‘nazzjonalizmu’, u ‘individwalizmu’. L-ghadewwa ta’ din il-formazzjoni egemonika kienu fost ohrajn, il-unjins u l-intelletwali progressivi.

Illum wiehed jista’ josserva l-influenza Thatcherista f’diversi aspetti tal-politika ekonomika u socjali.

Per ezempju, id-diskors neo-liberalzi ta’ “trickle-down” huwa nfluenti ferm meta nisimghu Kummissjonijiet Ewropej, gvernijiet u partiti, mic-centru xellug sal-lemin, li jitkellmu dwar il-bzonn ta’ inqas taxxi, inqas nefqa pubblika, iktar privatizazzjoni u welfare iktar ristrettiv u kundizzjonali (l-hekk imsejjah “workfare”). Dan sabiex ikun hemm efficjenza, incentiv, u tkabbir ekonomiku li, skond il-profeti tal-profitt, ‘minnu jgawdi kulhadd’. Dan id-diskors, izda, huwa nieqes ghal kollox minn analizi ta’ l-impatt rigressiv u anti-socjali ta’ din it-tip ta’ politika.

F’Malta dan qed narawh sa certu punt fil-populizmu fiskali taz-zewg partiti ewlenin. It-tnaqqis rigressiv ta’ taxxa ghal dawk li ghandhom dhul gholi, huma ta’detriminet ghall-fondi pubblici, liema fondi huma essenzjali ghas-servizzi pubblici bhas-sahha, l-edukazzjoni u l-penzjonijiet. Il-Gvern Laburista gdid zamm dan it-tnaqqis rigressiv li kien propost b’mod irresponsabbli mill-Gvern precendenti Nazzjonalista. Issa kif ser jaghmel tajjeb ghaz-zieda kbira fid-deficit? Pajjizna ser jiehu triq neo-liberali lejn l-awsterita’ ghad-detriment tal-gustizzja socjali? Nittama li le.

It-Thatcherizmu, izda, huwa inqas influenti f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ valuri konservattivi. Minkejja li huma bosta li jhadnu valuri ta’dan it-tip, il-mewga progressiva favur drittijiet civili qed twassal biex bosta pajjizi qed idahhlu riformi bhal zwieg ghal kopji ta’ l-istess sess. Hawnhekk ghandna ezempju haj li l-istorja tista’ tinkiteb mill-movimenti li jemmnu li socjeta’ ohra hi possibli.

Jekk xejn, minn Thatcher nitghalmu li politika minghajr avversarji hija fantazija, u li, permezz ta’ politika egemonika, tista’ tbiddel l-affarijiet. Gvern, partit, moviment, dejjem jiehu naha, irid jew ma jridx.

Dan l-artiklu deher fir-rivista 'Zminijietna - Lulju-Settembru 2013'

No comments: